Left arrow Mur Lura

Investiment ta’ ‘l fuq minn lm 400,000 (€ 931,749) mill-Gvern Ċentrali u Lokali  f’tisbiħ ta’ żona turistika ewlenija f’pajjiżna

PR0648
Date Icon 04/05/2007

It-tisbiħ u l-manutenzjoni taż-żoni turistiċi huma wieħed mill-pilastri fl-adozzjoni tal-politika tal-Ministeru, politika li twettqet bil-fatti fl-aħħar erba snin. Matul dawn is-snin il-Ministeru, permezz tar-riżorsi umani fi ħdanu, wettaq numru sostanzjali ta’ proġetti f’dan ir-rigward u l-poplu llum jista’ jara b’għajnejh li din il-politika qed tħalli l-frott u qed twassal għal aktar zoni msebbħa u mtejba. Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit qal dan meta kien qed iżur l-aħħar xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fl-aħħar fażi tal-promenade fiz-zona magħrufa bhala Ta’ l-Għażżenin f’San Pawl il-Baħar. 

Ix-xogħlijiet fuq il-promenade li minn Buġibba twasslek sal-knisja tax-Xemxija nbdew fl-2003, permezz tal-proġett ta’ Dawret il-Gżejjar f’Buġibba. Wara li tlesta dan il-proġett bejn l-2005 u l-2006 saru xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-promenade tax-Xemxija u issa kien fadal l-aħħar parti fiz-zona ta’ fejn l-iskola primarja li tibqa sejra sal-Klabb tal-Boċċi. Ix-xogħlijiet ta’ tisbih kellhom għan principali, dik li z-zona titjieb fuq l-ogħla livelli possibli u l-aċċess għall-pubbliku f’passiġġata max-xatt ikun wieħed aċċettabli u sahan. L-investiment totali tal-Gvern fuq din iz-zona fl-aħħar tlett snin u nofs jaqbez l-Lm400,000 (€ 931,749) u dan hu xhieda ta’ kemm il-gvern bil-fatti jemmen fil-potenzjal ta’ din il-parti ta’ pajjizna. Permezz tax-xogħol li sar, iz-zona turistika li kienet limitata biss għal Buġibba issa giet estiża sax-Xemxija. 

Meta kien qed jispjega x-xogħlijiet li saru f’din il-parti tal-promenade l-Ministru Ninu Zammit, spjega li kif isir f’xogħlijiet simili, fil-bidu tneħħiet il-bankina li kien hemm, ġew mgħoddija pajpijiet li jistgħu jintużaw għal xi servizzi fosthom pajpijiet għall-cables għas-sistema tad-dawl u pajpijiet li se jilqgħu l-ilma tax-xita. Sussegwentement bdiet tinbena l-promenade li tinkludi kostruzzjoni ta’ bollards tal-konkos li jservu ta’ lqugħ tal-promenade mix-xatt. It-tul tal-promenade hu ta’ madwar 300 metru u l-area tal-pavimentar hi ta’ ‘l fuq minn 600 metru kwadru. Wara li tlesta l-pavimentar gew mpoġġija numru ta’ bankijiet u ġew installati railings dekorattivi. Wara li jitlesta kollox se jitpoġġew arbli tad-dawl dekorattivi simili għal dawk li tpoġġew tul il-promenade tax-Xemxija. 

L-investiment totali fuq din l-aħħar part ital-promenade tlaħħaq għal madwar Lm50,000 (€ 116,468) li minnhom, kif sar fil-fażi ta’ qabel, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar qed joħroġ il-materjal li jammonta għal madwar Lm15,000 (€34,940) u l-kumplament qed joħorgu l-Ministeru permezz tal-ħaddiema u affarijiet oħra relatati bħal bankijiet, railings u dustbins.  

Ftehim ieħor mal-Kunsill fuq din iz-zona kien ikopri l-manutenzjoni tal-promenade u l-pjazza ta’ Buġibba fejn fl-aħħar xhur inżebaħ mill-ġdid il-promenade kollu, gew miżbugħa mill-ġdid l-arbli dekorattivi u r-ralings u ssewwew il-ħsarat kollha tal-banikini tad-dawra b’mod partikolari fil-pjazza. Fil-preżent għaddejjin ukoll xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-ħajt ta’ l-entratura ta’ Buġibba fejn qed jitbaxxa sabiex din iz-zona tingħata dehra aħjar. Dawn ix-xogħlijiet twettqu kollha fi zmien stipulat mill-ħaddiem tal-Ministeru u qabel l-istaġun u saret enfazi partikolari sabiex dawn jintemmu qabel is-Sajf. 

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit tenna li dan il-proġett hu wieħed minn sensiela ta’ progetti li qed isiru u li huma programmati li jitwettqu din is-sena fosthom il-kostruzzjoni ta’ belvedere minn Wied iz-Zurrieq sa Ħagar Qim, liema proġett inbeda u miexi b’ritmu mgħaġġel u l-kostruzzjoni mill-gdid tal-promenade f’Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow