It-Tfal ta’ l-Iskejjel ifakkru l-50 Anniversarju tat Trattat ta’ Ruma
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo ħa sehem f’rally għat-tfal ta’ l-iskejjel biex jitfakkar il-50 Anniversarju mill-Iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma li waqqaf il-Komunita’ Ewropea.
F’indirizz qasir lit-tfal preżenti l-Ministru Frendo spjega li l-Unjoni Ewropea li kienet il-ħolma ta’ numru ta’ politiċi Ewropej saret realta’ fl-1957 u dan fisser 50 sena ta’ paċi u progress li minnhom gawdew il-popli Ewropej. Malta llum hi parti minn din ir-realta’ u dan fetaħ possibiltajiet kbar għat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin li issa jistgħu jħarsu lejn il-futur b’aktar fiduċja.
Il-Ministru Frendo stieden lit-tfal Maltin biex huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom u jkomplu joħolmu kif għamlu dawk ta’ qabilna, biex jaraw kif jistgħu jtejjbu l-futur ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ pajjiżna.
Diskorsi oħra ta’ l-okkażjoni saru mis-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u minn Dr. Cecilia Borg, Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni.
Matul in-nofs ta’ nhar, iż-żeffiena ta’ Alison Ellul Dance Studio taw wirjiet ta’ żfin filwaqt li studenti minn diversi skejjel sekondarji taw wirjiet f’diversi dixxiplini sportivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en