Żjara ta’ kortesija lill-Ministru Michael Frendo
PR0644
04/05/2007
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo, dal-għodu kellu żjara ta’ kortesija mill-Bord tad-Diretturi ta’ l-Industrja tal-Kostruzzjoni ta’ l-Istat ta’ Hessen, fil-Ġermanja, li kienu akkumpanjati mill-Konslu ta’ Malta għall-Hessen, Hannetraud Schultheiss.
Waqt din il-laqgħa qasira l-Ministru tkellem dwar l-industrja tal-bini f’Malta kif ukoll dwar il-ġebla Maltija li tant hi apprezzata minn dawk li jżuruna u li hi l-unika riżorsa li għandu pajjiżna.
Id-delegazzjoni Ġermaniża rringrazzjat lill-Ministru Frendo li sab il-ħin jiltaqa’ magħhom minkejja l-pressjoni ta’ xogħol li għandu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en