“Żieda fl-ammont ta’ deheb u fidda importat minn barra minn Malta” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
“Is-settur tal-manifattura tad-deheb u l-fidda f’Malta huwa wieħed importanti magħmul minn numru ta’ negozji li d-daqs tagħhom ivarja. Il-bejgħ tad-deheb u l-fidda f’Malta tvarja minn bejgħ bl-imnut għal manifattura artiġjanali ta’ ċertu preġju. Id-deheb Malti huwa mfittex mhux biss minn Maltin, iżda wkoll minn turisti li jammiraw il-lavur u l-kwalita’ tad-deheb u l-fidda li nsibu għall-bejgħ f’Malta. Il-filugranu Maltin hu artiġjanat uniku li jagħti lill-prodotti tagħna valur miżjud.”
Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fil-ftuħ ta’ laqgha ta’ konsultazzjoni ma’ importaturi u bejjiegħa tad-deheb u fidda. Din il-laqgħa tagħmel parti minn sensiela ta’ laqgħat li qegħdin isiru biex setturi differenti ta’ negozju jingħataw l-opportunita’ li jagħtu s-suġġerimenti u l-opinjonijiet tagħhom qabel il-baġit.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ippreżenta wkoll statistika dwar dan is-settur. F’Malta hawn numru ta’ manifatturi ta’ prodotti tad-deheb u l-fidda, kif ukoll hawn numru ta’ importaturi. Jeżistu żewġ tipi ta’ manifatturi f’dan is-settur, dawk li jistgħu jittimbraw il-prodott li jimmanifatturaw, u dawk li jridu jmorru għand il-konslu għat-timbru. In-numru ta’ manifatturi huwa dan:
Year |
Stqarrijiet Oħra:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en