L-Ambaxxatur Malti għal Andorra jippreżenta l-Kredenzjali
L-Ambaxxatur Malti fi Spanja, Gaetan Naudi, ipprezenta l-kredenzjali tiegħu bħala Ambaxxatur Malti mhux residenti għal Andorra, lill-President Jacques Chirac, Prinċep Konġunt ta’ Andorra. Il-preżentazzjoni saret nhar il-Ħamis 26 ta’ April.
Għal din iċ-ċerimonja li nżammet fil-Palazz Elysee f’Pariġi, kienu preżenti numru ta’ personalitajiet mill-Gvern ta’ Andorra, fosthom il-Prim Ministru tal-pajjiż, Albert Pintat, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Kultura u Kooperazzjoni Juli Minoves Triquell u l-Ministru tas-Saħħa, Sigurta’ Soċjali u Familja, Montserrat Gil Torne.
Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali mill-ambaxxatur Naudi lill-Prinċep Konġunt l-ieħor ta’ Andorra, Joan Enric Vives i Sicilia, mistennija ssir fi ftit ġimgħat oħra fis-Seu d’Urgell fi Spanja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en