Left arrow Mur Lura

L-ambaxxatur tal-kanzunetta Naplitana fid-dinja se jkanta f’Malta

PR0632
Date Icon 03/05/2007

Renzo Arbore, l-ambaxxatur għall-kanzunetta Naplitana fl-Italja u fid-dinja ser ikun Malta fit-28 ta’ Lulju fejn ser jagħti kunċert ‘live’. 

Renzo Arbore waqqaf orkestra bi 15-il mużiċist fl-1991 biex jagħti ħajja mill-ġdid lill-kanzenetta Naplitana. Minn hemm ma ħarisx lura tant li mill-kunċert li ta f’Montreax fis-27 ta’ Luju 1991, baqa’ jipparteċipa b’mod regolari f’attivitajiet fi New York, Atlantic City, u Miami, Toronto, Perth, Adelaide, Melbourne u Sydney,  Rio de Janiero, San Paolo, Caracas u Buenos Aires, Londra, Moska, Tokjo, Pariġi, Sevilla, Montecarlo u Ruma.  

Renzo Arbore, li twieled fl-1937, f’Foggia, jinterpreta b’mod brillanti l-kanzunetta Naplitana. Bejn l-1992 u l-1998 Renzo Arbore ħareġ erba’ albums antoloġiċi intitolati: “Napoli. Punto e a capo”, “Napoli. Due punti e a capo”, “Napoli. Punto esclamativo!” u “Pecchè nun ce ne jammo in America?” li jiġbru fihom fost l-isbaħ melodiji Naplitani. Arbore ħareġ ukoll l-album “Sud(s)” fejn hemm Napolinita’ kompetament sudamerikana ta’ l-‘Orchestra Italiana’.  

Renzo Arbore ser jinġieb Malta minn Easy Life Services li twaqqfet fl-14 ta’ Frar 2002 bħala TV Direct Company u matul dawn is-snin ġibdet l-fiduċja ta’ 55,000 klijent. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-kunċert minn Renzo Arbore u l-Orchestra Italiana waqt konferenza għall-media li saret fl-Antoinette Room, Corinthia Palace Hotel, Attard. 

“Malta qiegħda bil-mod il-mod tieħu isem bħala destinazzjoni turistika mxaqilba lejn attivitajiet kulturali u mużikali ta’ kalibru. L-attivitajiet li qed isiru matul is-sena kollha mill-Gvern u mis-settur privat huma parti importanti mill-promozzjoni li qed nagħmlu biex nokkonsolidaw s-sehem ta’ pajjiżna mis-suq turistiku internazzjonali,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-preżenza f’pajjiżna ta’ kantanti popolari Taljani li żaruna f’dawn l-aħħar ftit snin qed twassal ukoll biex għadd ta’ Taljani jinżlu Malta biex isegwu l-kunċerti tagħhom u fl-istess waqt jieħdu  vaganza fostna. Hu qal li dan kien turiżmu ġdid li kien qed jikkontribwixxi biex jikber in-numru ta’ Taljani li qed jiġu Malta għal vaganza.   

“Is-sena li għaddiet żaru Malta 112,548 turist mill-Italja. Din kienet żieda ta’ 20,142 turist fuq l-2006. L-Italja hi llum it-tielet l-aktar pajjiż li minnu jiġu turisti lejn  Malta wara r-Renju Unit u l-Ġermanja,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu fakkar li parti minn din iż-żieda saret posssibbli wara li l-low cost carrier Meridiana bdiet topera titjiriet minn Bologna. Hu qal li n-numru ta’ turisti Taljani kompla kiber bl-introduzzjoni ta’ vjaġġi low cost mill-kumpannija Ryanair minn Pisa. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fl-ewwel tliet xhur  ta’ din is-sena diġa’ żaru Malta 16,954 turist  mill-Italja – 4,240 aktar mill-istess tliet xhur is-sena l-oħra. Hu qal li dan kien jirrappreżenta żieda ta’ 33.3 fil-mija. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li ried jawgura lil Easy Life Services suċċess f’din l-inizjattiva tagħhom. Hu qal li s-settur privat kien qed jagħti sehem qawwi fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet u dan kien jindika li meta l-istakeholders jaħdmu flimkien, is-suċċess ikun wieħed garantit.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow