Left arrow Mur Lura

Zieda ta’ 13.7% fis-self tal-banek lill-attivita kummercjali

PR0630
Date Icon 02/05/2007

“Filwaqt li f’pajjiżna għandna suq finanzjarju liberalizzat, fejn il-Gvern huwa biss ir-regolatur u mhux iżjed sid il-banek lokali, hija l-intenzjoni tal-Gvern li jara li f’pajjiżna jibqa’ jiġi mtejjeb l-aċċess għall-finanzi għal min investa fin-negozju.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, fil-ftuħ ta’ konferenza dwar l-aċċess għall-finanzi għal negozji żgħar. 

Preżenti wkoll għall din il-konferenza kien hemm rappreżentanti mill-banek kummerċjali ewlenin, il-BOV u l-HSBC, li wkoll taw preżentazzjoni dwar pakketti offruti lil negozji żgħar u dwar l-aċċess għall-finanzi għal dan is-settur, kif ukoll rappreżentant mill-MACM (Malta Association of Credit Management) li ta preżentazzjoni dwar kif in-negozji għandhom joqgħodu attenti meta jiddejnu jew jagħtu prodotti fuq sistema ta’ kreditu.  Kien hemm preżenti wkoll rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tan-negozju, fost l-oħrajn, l-FOI, iċ-Chamber of Commerce and Enterprise, l-MHRA, il-MIM, il-Malta Enterprise, l-APEX, u l-MEA. 

Rappreżentati wkoll kienu d-dipartimenti tad-Dwana u l-VAT, kif ukoll l-ETC, kif ukoll numru ta’ studenti mill-Institute for Business and Commerce ta’ l-MCAST. 

L-Onor. Vassallo qal li “l-Gvern għandu politika ta’ appoġġ u għajnuna li hija waħda ċara li tiddiskrivi l-impenn u r-responsabilita’ tiegħu favur self-employed u sidien tan-negozji żgħar.  In-negozji mikro, li jħaddmu anqas minn għaxar persuni, jagħmlu 96% mill-entitajiet kummerċjali kollha.  Il-politika tal-Gvern favur dan is-settur hekk mifrux fl-ekonomija ta’ pajjiżna, hi spjegata sew fil-Pjan ta’ ħidma li jiġi ppubblikat kull sena.”  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla biex ta aktar informazzjoni dwar kif inhu mqassam dan il-Pjan ta’ Ħidma, u dwar l-għaxar sezzjonijiet ta’ dan il-pjan, li ‘aċċess għall-finanzi’ hu propju wieħed minnhom’. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li “qegħdin fi żmien li fih nistgħu nibdew nagħżlu u ma nibqgħux bil-mentalita’ li kollox jgħaddi.  Mhux kull negozju huwa sostenibbli u l-aċċess għall-finanzi bil-għaqal u skrutinju għaqli jista’ verament iwassal biex f’pajjiżna jkollna iżjed ħafna negzoji ta’ l-istess xorta iżda nibdew inkunu aktar innovattivi.  Huwa minnu li n-numru ta’ negozji żdied, huwa minnu li għandna min jgħid li għandna saturation point ta’ ċerti negozji, u negozji li hawn min jaħseb li m’hawnx post għal iżjed, iżda jiena ta’ l-opinjoni li f’pajjiżna għandna lok għal żieda akbar ta’ negozji iżda hemm bżonn ta’ aktar negozji innovattivi li huma differenti minn dawk il-ħafna li diġa għandna bħalhom.” 

It-tkabbir fl-attivita’ kummerċjali u t-tkabbir fis-self tal-banek lejn is-settur privat imorru flimkien.  Dan ghaliex xejriet pożittivi fl-ekonomija huma riflessi ukoll fi tkabbir tas-self operattiv lill-privat.  Għaldaqstant, wieħed jinnota b’sodisfazzjoni li fl-2006 is-self tal-banek kummerċjali lis-settur privat kiber bi 13.7% fuq is-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda hija riflessa fuq is-setturi kollha ta’ l-ekonomija u hija żieda ta’ self operattiv (għal kuntrarju ta’ self ieħor li mhux daqstant produttiv - Non Operating Loans – NPL).  

F’Settembru 2006, is-self lis-settur kummercjali biss ilaħħaq total ta’ Lm 1,273.8 miljuni (€2,883.3 miljun).  It-tkabbir huwa rifless fl-iskeda hawn taħt. 

Total Claims (of which loans and advances)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow