REĠISTRU ELETTORALI PPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN
Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadu kemm ġie ppublikat ir-Reġistru Elettorali rivedut għall-Elezzjoni Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kif ukoll ir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ April, 2007. Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att XXI ta’ l-1991, dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, u/jew skond l-Att XV ta’ 1993 dwar Kunsilli Lokali u/jew skond l-Att XVI tal-2003 dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew, sad-data ta’ l-egħluq, il-31 ta’ Marzu, 2007 u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skond l-artikolu 39 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991, sa nhar it-Tnejn il-21 ta’ Mejju, 2007, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi nkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.
Kull votant reġistrat li:-
1. Jgħid li minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki neċessarji; jew
2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru;
jista’ ukoll skond l-artikolu 40 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991 kif amendat b’Att XV ta’ l-1996 jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tnejn, il-21 ta’ Mejju, 2007.
Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali. Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie nkluż fir-Reġistru Elettorali. Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.
Lista tal-persuni kollha reġistrati bħala votanti f’kull belt jew raħal ser tkun fl-Għases tal-Pulizija, fl-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u fl-Uffiċċju Elettorali.
Ta’ min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi nkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en