Left arrow Mur Lura

Titpoġġa l-Ewwel ġebla tal-Kumpless Sportiv Reġjonali f’Ħal-Kirkop

PR0622
Date Icon 30/04/2007

Waqt żjara li għamel il-Prim Ministru fuq il-lantijiet tax-xogħol ta’ proġetti tal-Gvern, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea poġġa l-ewwel ġebla tal-Kumpless Sportiv Reġjonali li bħalissa qed jinbena f’Ħal-Kirkop biswit il-Kulleġġ San Benedittu – Sekondarja Subien.  Ix-xogħol fuq dan il-kumpless beda fl-aħħar ta’ Frar ta’ din is-sena u miexi b’ritmu mgħaġġel ħafna tant li l-pedamenti huma lesti u l-bini beda tiela. 

Il-progett ġie fdat f’idejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada f’isem il-Kunsill Malti għall-iSport u se jkun ikkumplimentat b’6-lane track għall-atletika twila 200 metru kif ukoll bi grawnd 9-a-side miksi b’ turf artificjali li diġa’ saru fil-Kulleġġ San Benedittu.  Fil-kumpless sportiv se jkunu jistgħu jiġu pprattikati diversi dixxiplini sportivi inkluż il-basketball, il-volleyball, in-netball, il-badminton, il-futbol u l-atletika.  Il-kumpless se jkollu wkoll gym u sala għall-konferenzi, uffiċini amministrattivi, changing rooms u showers.  Is-sala prinċipali hija ppjanata b’mod li tkun tista’ tintuża minn dixxiplini differenti fl-istess ħin.  Ghaldaqstant id-disinn jista’ jiġi addattat għal attivitajiet fuq skala internazzjonali għal uħud mid-dixxiplini sportivi imsemmija. 

Il-Ministru Galea qal li filwaqt li hu tajjeb li niċċelebraw jum il-ħaddiem tajjeb ukoll li niffukaw fuq il-saħħa tal-ħaddiema Maltin kemm permezz tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, iżda wkoll billi nippromwovu stil ta’ ħajja attiva partikolarment permezz ta’ l-isport.  Hu qal li l-Gvern qed jinvesti ħafna fl-isport b’mod partikolari bil-bini ta’ kumplessi u faċilitajiet sportivi madwar Malta u Għawdex biex il-poplu ikollu fejn jipprattika l-isport.  Il-Ministru spjega kif il-Gvern qed jidħol f’arranġamenti permezz tal-Kunsill Malti għall-isport biex il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel ikunu jistgħu jintużaw mill-pubbliku.   

Il-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop se jkun mibni fuq medda ta’ art ta’ iżjed minn 5,000 metru kwadru li minnhom 2,300 metru kwadru huma għall-bini tal-kumpless sportiv filwaqt li l-kumplament huma għal-‘landscaping’ u ‘car park’.  

Louis Galea qal li bħalissa l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tlesti t-tender documents għas-saqaf ta’ din is-sala u dawn mistennija jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin biex hekk kif ikun lest il-bini tas-sala ikun jista jibda jitpoġġa s-saqaf. Eventwalment jinħarġu wkoll it-tenders meħtieġa biex il-kumpless jiġi mgħammar bl-apparat meħtieġ.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow