Joħorġu l-applikazzjonijiet għall-iskema ‘Gozo Attractions Incentive Scheme’
Bil-għan li jassisti l-iżvilupp kontinwu ta’ Għawdex bħala destinazzjoni turistika, b’mod partikolari fix-xhur l-inqas popolari tas-sena, iktar kmieni din is-sena l-Gvern nieda għadd ta’ inizjattivi mmirati lejn it-titjib u l-promozzjoni tal-prodott li joffri Għawdex. Fost dawn l-inizjattivi ġiet imħabbra l-iskema Gozo Attractions Incentive Scheme li tinvolvi l-allokazzjoni ta’ Lm40,000 mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti.
L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa biex il-qasam tat-turiżmu f’Għawdex jingħata spinta ‘l quddiem permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ attrazzjonijiet kulturali jew ta’ divertiment li jwasslu għal numru akbar ta’ viżitaturi f’dawk ix-xhur inqas popolari tas-sena, jiġifieri bejn Jannar u Mejju, u Ottubru u Diċembru.
L-Applikanti li huma eliġibli għal din l-iskema jinkludu l-Kunsilli Lokali Għawdxin, organizzazzjonijiet mhux governattivi flimkien ma’ organizzazzjonijiet mis-settur privat u pubbliku li jixtiequ jorganizzaw avvenimenti f’Għawdex fix-xhur imsemmija.
Mal-Formula ta’ l-Applikazzjoni, l-organizzaturi għandhom jissotometu pjan dettaljat ta’ l-attivita’, flimkien ma’ stima finanzjarja ta’ dħul u ħruġ relatat ma’ l-istess attivita’. Wara li din tiġi evalwata mill-Bord imwaqqaf apposta, dawk l-applikanti li jissodisfaw il-kriterji mitluba u għalhekk jikkwalifikaw għal għajnuna finanzjarja jiġu nformati bil-miktub. Il-fondi jingħataw wara li tinżamm l-attivita’.
Dawk interessati għandhom jiġbru formula ta’ l-applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex jew iniżżluha minn fuq il-website www.gozo.gov.mt. L-applikazzjonijiet għal dawk l-attivitajiet li se jiġu organizzati sa Diċembru 2007 għandhom jiġu ritornati bid-dettalji kollha lill-Uffiċju tal-Kultura, Banca Giuratale, Pjazza Indipendenza, Victoria bejn id-9am u nofshinhar tal-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2007. Applikazzjonijiet li jaslu wara dan il-ħin ma jiġux ikkunsidrati.
Other Press Releases:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en