Left arrow Go Back

IL-FTUĦ TAL-PALAZZ TA’ SAN ANTON - IL-PRESIDENT U S-SINJURA FENECH ADAMI JIRRINGRAZZJAW LILL-PUBBLIKU

PR0607
Date Icon 27/04/2007

Il-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami jirringrazzjaw lill-pubbliku u l-voluntiera li taw sehemhom fl-attivita’ tal-15 ta’ April 2007, meta l-Palazz ta’ San Anton kien miftuħ għall-wiri bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund, il-Fond li għandu bżonn dejjem aktar flus biex ilaħħaq mat-talbiet għal għajnuna f’każi ta’ mard u għall-bżonnijiet bażiċi minn familji u ndividwi li jinsabu fi problema.

L-Uffiċċju tal-President jinforma li nġabret is-somma ta’ Lm8,632 mid-donazzjonijiet li ngħataw għad-dħul għall-Palazz, mill-bejgħ ta’ pitturi u oġġetti oħra. 

L-Uffiċċju tal-President apprezza l-kooperazzjoni ta’ Heritage Malta fil-ġbir ta’ parti mid-donazzjonijiet u lill-Bank of Valletta,  Airmalta,  Farsons, u l-Maltacom li ħadu l-offerta ta’ xiri ta’ mitt biljett bi prezz speċjali għad-dħul u wara ngħataw lill-ħaddiema tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow