Left arrow Go Back

Dħul Gradwali fis-Seħħ ta’ Linji Gwida li jirregolaw l-immaniġġjar ta’ Siti ta’ Kostruzzjoni

PR0604
Date Icon 27/04/2007

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħejja regolamenti bħala linji gwida għall-immaniġġjar ta’ siti ta’ kostruzzjoni li għandhom iservu bħala strument ġdid lir-residenti fil-ħarsien tad-drittijiet tagħhom. Dawn ir-regolamenti li ser jiddaħħlu b’mod gradwali ser jikkunsidraw it-tip ta’ kostruzzjoni kif ukoll tas-sit fejn tkun għaddejja l-attivita’. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino ħabbar dawn ir-regolamenti għal konsultazzjoni pubblika waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. Il-Ministru  tkellem dwar l-iskop ta’ dawn ir-regolamenti li huwa limitat għall-immaniġġjar ambjentali tas-siti ta’ kostruzzjoni u mhumiex intiżi biex jidħlu f’materji li huma diġa’ regolati minn leġislazzjoni eżistenti. 

Fost l-oħrajn insibu li ħsara li ssir fuq proprjeta’ ta’ terzi hija regolata permezz tal-Kodiċi Ċivili, Kapitolu 16, Sezzjonijiet 1031, 1032, 1033, 1037, 1038 u 1041. L-Att dwar l-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xogħol, f’Sezzjoni 6, jitratta wkoll l-aspett tar-responsabbilta’ ta’ min iħaddem fuq is-saħħa u s-sigurta’ ta’ kull min jista’ jkun effettwat mix-xogħlijiet. 

Ir-regolamenti jikkonċernaw aspetti tal-attivitajiet tal-bini li huma fost l-akbar inkonvenjenti għar-residenti ta’ l-inħawi. Dan jinkludi t-tqattiegħ ta’ ġebel u bricks, passaġġi għall-pedestrians, ħażna ta’ materjal, informazzjoni dwar il-manager tas-sit u ħinijiet tax-xogħol. 

Il-Ministru Pullicino qal li l-ebda Regolamenti ma jistgħu jkunu totalment effettivi jekk ma jkunx hemm ukoll ammont ta’ ‘self-regulation’ mill-partijiet kollha kkonċernati.  “Irid ikun hemm impenn sħiħ minn kull min hu nvolut fl-industrija jekk tabilħaqq irridu naslu f’punt fejn l-attivita’ marbuta ma’ din l-industrija, tħalli l-anqas impatt possibli fuq il-ġirien, ir-residenti u l-poplu kollu in ġenerali.” 

L-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti ser isir abbażi ta’ dak li qed isir fir-rigward tal-littering regulations, liema nfurzar dan l-aħħar kien imsaħħaħ, b’riżultati sodisfaċenti, permezz ta’ l-ingaġġ ta’ ħaddiema li sa’ ftit ilu kienu mpjegati tal-IPSL. 

It-tħejjija ta’ dawn ir-regolamenti saret wara sensiela ta’ laqgħat konsultattivi ma’ partijiet konċernati fosthom il-GRTU, il-Kamra tal-Periti, l-FOI, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Building Industry Consultative Council (BICC).  

Biex dawn ir-regolamenti jilħqu l-għan aħħari tagħhom, hemm bżonn li kulħadd jagħti sehemhu. Il-Ministru George Pullicino appella:

·        lill-kuntratturi biex jieħdu miżuri minn issa biex jirregolaw aħjar l-attivita’ tagħhom;

·        lill-ħaddiema biex sa’ fejn hu possibli jieħdu miżuri li jnaqqsu l-inkonvenjent lir-residenti, anke f’ċirkostanzi mhux imħarsa minn dawn ir-regolamenti;

·        lir-residenti billi huma jifhmu x’inhuma d-drittijiet tagħhom u jirrappurtaw fejn ikun meħtieġ biex naqtgħu il-prattiċi ħżiena f’din l-attivita’. 

Il-perjodu ta’ konsultazzjoni jagħlaq fil-25 ta’ Mejju u kummenti jistgħu jintbagħtu minn fuq is-sit www.mrae.gov.mt/construction.asp

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow