Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JAĦTAR IĊ-CHAIRPERSON TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI

PR0597
Date Icon 26/04/2007

Il-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, illum ħatar lis-Sur Sonny Portelli bħala ċ-chairperson il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.  Din il-ħatra saret wara konsultazzjoni mal-korpi membri kollha tal-Kunsill.

Is-Sur Portelli beda l-karriera tiegħu fiċ-Ċivil li ħalla aktar tard sabiex jaħdem fl-Industrija tat-Turiżmu. Huwa rikonoxxut bħala speċjalist fil-qasam tal-marketing u matul karriera ta’ tletin sena, kellu pożizzjonijiet ta’ management prattikament fl-oqsma kollha tat-turiżmu.  Huwa żar diversi pajjiżi u għandu bosta kuntatti barra minn Malta f’numru ta’ setturi kummerċjali. 

Ilu chairman tal-Maltacom Group of Companies minn Diċembru ta’ l- 2003.  Huwa mexxa lil dan il-Grupp lejn bidla li hija ġeneralment magħrufa bħala l-aktar privatizzazzjoni trankwilla li qatt seħħet f’kumpanija parastatali Maltija.  

Barra mir-responsabbiltajiet tiegħu fil-Maltacom, huwa wkoll Direttur ta’ l-HSBC Bank Malta plc u qiegħed fil-board ta’ numru ta’ kumpaniji lokali.  Barra minn hekk, jibqa’ assoċjat ma’ l-Industrija tat-Turiżmu minħabba li huwa membru fil-boards ta’ wħud mill-aqwa hotels lokali. 

Sonny Portelli jidher persuna mill-aktar kwieta iżda huwa rikonoxxut bħala negozjatur persistenti li jaħdem bis-sħiħ għall-ftehim. 

Sonny Portelli għandu 62 sena, miżżewweġ, missier ta’ żewġ subien u nannu ta’ wieħed.  Huwa jġemma’ l-kotba, partikularment Melitensia, iħobb jisma l-mużika klassika u għandu passjoni għall-football.

Il-Prim Ministru jixtieq jirringrazzja liċ-chairperson uxxenti, is-Sur Victor Scicluna, għall-ħidma tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow