kompli s-suċċess għat-tielet sena ta’ l-esportazzjoni tal-patata lejn il-Ġermanja
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, kien mistieden f’Berlin il-Ġermanja biex jippreżenta b’mod simboliku l-ewwel xkora ta’ patata esportata minn Malta għal din is-sena lill-Kumpanija Jansen-Dongen Edika.
Dr Agius qal li minkejja li Malta diġa tesporta lejn l-Olanda u li dan is-suq hu wieħed b’saħħtu, jinnota b’sodisfazzjon li għat-tielet sena konsekuttiva l-bdiewa Maltin u Għawdxin qed jirnexxilhom jisfruttaw swieq ġodda bħalma hu dak tal-Ġermanja. Dr Agius qal li bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, mhux biss spiċċaw il-kwoti li kienu jillimitaw l-esportazzjoni, imma saħansitra qed jingħataw opportunitajiet ġodda biex jkabbru s-swieq għall-prodotti tagħhom.
F’Malta hawn iktar minn 800 bidwi li jipproduċu l-patata. Dr Agius faħħar lid-diriġenti ta’ l-Agricultural Cooperative Ltd (ACL), li kienu preżenti fil-Ġermanja għal din il-preżentazzjoni, għall-impenn li qed juru biex il-patata lokali Maltija tkun esportata u għall-isem tajjeb li qed jagħmlu fil-Ġermanja.
Matul is-sena li għaddiet ġew esportati iktar minn 5,000 tunellata ta’ patata. L-indikazzjonijiet huma li l-prodott Malti sejjer tajjeb fil-linja ta’ Supermarkets Edika Group fil-Ġermanja fejn is-suq qiegħed dejjem jikber qal Dr. Agius. Dan huwa suq liberu u diġa’ qegħdin nitgħallmu minn dan. Il-Bidwi Malti qed jirnexxilu jkabbar prodott ta’ kwalita’ u li din qed tkabbar il-fiduċja fil-prodott Malti.
Il-Gvern ħadem bla waqfien u sab il-koperazzjoni sħiħa tal-bdiewa, li permezz tat-twaqqif ta' tlett għaqdiet tal-produtturi, llum jistgħu jinnegozjaw aħjar il-prodotti tagħhom biex jiksbu prezzijiet aħjar, temm jgħid Dr Agius.Other Press Releases:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en