Left arrow Mur Lura

Proġetti ta’ tisbiħ fiċ-ċentri ta’ l-irħula mmirati li jsebbħu u jagħtu dehra tal-karaterristiċi ta’ l-irħula antiki mifruxin ma’ pajjiżna

PR0584
Date Icon 24/04/2007

L-arkitettura li nsibu f’kull ċentru tar-raħal antik baqgħet turi u tifforma parti integrali mill-istorja ta’ pajjiżna. Il-proġetti li mbarka fuqhom il-Ministeru għandhom għan ewlieni li ċ-ċentri ta’ l-irħula jingħataw dehra isbaħ b’materjal li jikkumplimenta mar-rikkezza tal-knejjes li huma monumenti storiċi. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fiz-zuntier tal-Knisja ddedikata lil Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann.

Il-proġett taz-zuntier tal-knisja parrokjali ta’ San Gwann għandu l-għan li jinbidel il-madum antik tas-siment. Ħafna minn dan il-madum huwa deterjorat u fil-biċċa l-kbira minnhu mkisser. Għaldaqstant filwaqt li l-madum il-ġdid se jagħti dehra isbaħ li tixraq lill-post se jkun ukoll wiċċ aktar zgur għan-nies li jiffrekwentaw il-post. L-area tal-pavimentar ma tinkludiex biss iz-zuntier iżda tinkludi wkoll il-parti quddiem il-kunvent tal-patrijiet li jinsab mal-ġemb tal-knisja u d-dawra tal-bankina li ddur maz-zuntier. Fil-fatt l-area kollha tal-pavimentar tammonta għal madwar 400 metri kwadri.  

Meta kien qed jispjega l-andament tax-xogħlijiet, il-Ministru Zammit qal li wara li nqala l-wiċċ l-antik li kien magħmul minn madum tas-siment, ingħatat sodda tal-konkos fuq bażi soda sabiex ikun assigurat li l-madum li qed jitpoġġa,  jitqiegħed fuq sodda sewwa u b’hekk jiġu evitati xi ċaqliq tal-madum fil-futur. Qabel ingħata l-konkos saru l-pajpijiet neċessarji sabiex minn ġo fihom ikunu jistgħu jgħaddu l-wires li se jifforma parti minn sisitema ġdida ta’ dawl arkitettoniku li se jdawwal il-knisja. Fil-fatt din l-installazjoni se tkun tista’ tbiddel id-dehra tal-knisja u se tagħmel iz-zuntier aktar miftuħ peress li se jitneħħew rifletturi li kienu mqiegħda ġo kaxxi tal-ġebel mibnija fuq iz-zuntier.  

Id-disinn tal-pavimentar li qed jiġi applikat jirrispetta l-istil arkitettoniku tal-binja tal-knisja u hu magħmul minn margins b’madum tal-granit b’kulur griż u bejniethom qed jitpoġġa madum tal-granit b’kulur aktar ċar. Mal-pavimentar taz-zuntier hemm inkluż ukoll it-tqegħid ta’ turġien ġodda b’materjal tal-granit kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ rampa sabiex b’hekk ikun żgurat li l-post ikun aċċessibbli għal kulħadd.  

Ix-xogħol kollu qed isir mill-ħaddiema tal-Gvern u beda ħmistax ilu. L-investiment totali fuq dan il-proġett jammonta għal madwar Lm35,000 (€81,528.07) inkluż il-pagi tal-ħaddiema nvoluti. Hu pprogrammat li x-xogħlijiet kollha jintemmu qabel is-Sajf ta’ din is-sena.  

Matul iż-żjara tiegħu l-Ministru Ninu Zammit tenna li dan il-proġett hu ngredjent ieħor fit-taħlita ta’ xogħlijiet li l-Ministeru qed iwettaq favur it-tisbiħ ta’ pajjiżna. Hawnhekk il-Ministru rrefera għal bosta xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed jitwettqu bħalissa jew li se jibdew aktar tard matul din is-sena. Fost dawn insibu proġetti simili ta’ tisbiħ fiċ-ċentri ta’ l-irħula bħaċ-ċentru tar-raħal tal-Qrendi u d-dawra tal-knisja ta’ San Bastjan f’Ħal-Qormi.  

Matul din is-sena ser ikunu mplimentati proġetti oħra fosthom pavimentar mill-ġdid taz-zuntier tal-knisja ddedikata lil San Gorg f’Hal-Qormi, tal-knisja ddedikata lil Santa Marija f’Ħal-Għaxaq, tal-knisja ddedikata lil Santa Marija fl-Imqabba, tal-knisja ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar u dak tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal-Balzan.  

Lista twila u ambizzjuża ta’ xogħlijiet li b’rieda u impenn mill-Ministeru kollu, mill-kbir sa ż-żgħir tiġi mwettqa b’suċċess kif ġara fl-aħħar erbgħa snin, saħaq il-Ministru. Fl-aħħarnett il-Ministru Zammit irringrazzja lill-kappillan li bil-koperazzjoni tiegħu, dan il-proġett qed jiġi mplimentat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow