Il-Prim ImĦallef f’Moska gĦal taĦdidiet mal-President tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa
Is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent De Gaetano jinsab Moska bħala l-mistieden tal-President tal-Qorti Suprema ta’ l-Arbitaġġ tal-Federazzjoni Russa, Anton Ivanov.
Il-Prim Imħallef qed jirreċiproka żjara li kien għamel f’Malta f’Marzu tal-2004 il-President preċedenti ta’ din il-Qorti Veniamin Yakovlev. Waqt li jkun Moska il-Prim Imħallef u l-President Ivanov ser jiffirmaw Memorandum ta’ Koperazzjoni bejn iż-żewġ ġudikaturi.
Il-Prim Imħallef Degaetano hu mistenni jiltaqa’ wkoll mal-President tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Federazzjoni Russa, Valery Zorkin, mal-President tal-Qorti Suprema, Vyacheslav Lebedev, u mad-Deputat Prosekutur Ġenerali Alexander Buskman.
Huwa ser jattendi wkoll konferenza organizzata fl-okkażjoni tal-ħmistax-il anniversarju mir-rifondazzjoni tas-sistema tal-Qrati ta’ l-Arbitragg tal-Federazzjoni Russa.
Sakemm idum imsiefer il-Prim Imħallef, l-Onorevoli Imħallef Joseph Filleti ser ikun Aġent Prim Imħallef.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959