Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: ĊENTRU NAZZJONALI GĦALL-ĦARSIEN TA’ L-ANNIMALI

PR0563
Date Icon 20/04/2007

Kif tħabbar fil-baġit 2007, il-Gvern ivvota Lm60,000 (€139,762.40) sabiex din is-sena jinbeda x-xogħol għal Ċentru Nazzjonali għall-Ħarsien ta’ l-Annimali.

Fl-aħħar ġimgħat tlestew il-pjanti għall-bini ta’ dan iċ-ċentru wara li saret konsultazzjoni mad-Diviżjoni għas-Servizzi Veterinarji. Il-pjanti saru minn periti kummissjonati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, David Xuereb and Associates. Applikazzjoni sħiħa għall-iżvilupp taċ-ċentru ġiet sottomessa quddiem il-MEPA.  

Is-sit magħżul mill-Gvern f’Ta’ Qali huwa wkoll identifikat għall-attivita’ marbuta mal-ħarsien ta’ l-annimali fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Ta’ Qali.     

Il-post magħżul huwa wieħed adattat ħafna għall-għanijiet ta’ l-istess ċentru. Is-sit f’Ta’ Qali huwa maqtugħ minn inħawi residenzjali tal-madwar waqt li l-fiżjonomija tal-post hija waħda tajba fejn jista’ jsir żvilupp lineari u f‘fażijiet diversi.  Barra minn hekk hu ddisinjat b’tali mod li jitnaqqas l-impatt fuq is-sit.

Iċ-ċentru għall-ħarsien ta’ l-annimali se jinkludi tagħmir u postijiet attrezzati apposta fejn jinżammu annimali flimkien u kif ukoll faċilitajiet moderni ta’ kwarantina. Faċilitajiet moderni oħra se jinkludu boarding kennels, klinika veterinarja u post fejn jingħataw servizzi ta emerġenza.  Dan se jwassal biex tingħata l-aqwa kura lill-annimali u titqajjem kuxjenza pubblika dwar rispett lejn l-annimali.

L-iżvilupp propost se jiġbor fih ukoll ċentru ta’ edukazzjoni u taħriġ li joffri spazju għal wirjiet u attivitajiet. Hu maħsub li jkun hemm librerija u ċentru awdjo-viżiv.  

Bis-saħħa ta’ dan il-proġett se jkun possibbli li tinħoloq sinerġija bejn l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-annimali u l-attivitajiet u l-faċilitajiet ikunu kordinati b’iktar effiċjenza.  

Għal dan il-għan il-Gvern għaddej b’ħidma biex iwaqqaf fondazzjoni għall-ħarsien ta’ l-annimali. L-iskop ta’ din il-fondazzjoni jinkludi t-tmexxija taċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ħarsien ta’ l-Annimali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow