Left arrow Mur Lura

L-artiġjanat fil-manifattura ta’ l-għamara Maltija huwa ta’ kwalita’ li kapaċi tikkompeti ma’ prodotti simili minn pajjiżi barranin

PR0561
Date Icon 20/04/2007

“Il-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi qed jinvesti bi sħiħ fl-iżvilupp tal-qasam edukattiv. Fil-Kulleġġ ta’ l-MCAST qiegħed isir l-akbar investiment b’mod innovattiv biex il-ħila ta’ l-artiġjanat tkun imżewqa aħjar mal-ħila professjonali li jeħtieġ il-proċess tal-manifattura llum,” qal il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol waqt li kien qed jitkellem fil-ftuħ ta’ wirja ta’ għamara fiċ-Ċentru tal-Kreattivita’ Kavalier San Ġakbu. Il-Ministru Louis Galea kien akkumpanjat ukoll mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed,  Edwin Vassallo. 

“Is-sengħa u l-artiġjanat, kwalita’ u attenzjoni għad-disinn huma l-objettiv ta’ din il-wirja.  Il-parteċipanti, li huma l-mastrudaxxi bħala artiġjani, permezz ta’ din il-wirja, qegħdin iwasslu l-messaġġ li l-artiġjanat Malti fil-manifattura ta’ l-għamara huwa prodott li bħala Maltin għandna għaliex inkunu kburin bih.  Għaldaqstant, din il-wirja hija fiha nnifisha messaġġ lill-konsumatur Malti li qed jiġi mitlub japprezza aktar l-artiġjanat Malti fil-manifattura ta’ l-għamara lokali”, żied jgħid is-Segretarju ParlamentariEdwin Vassallo. 

“Ninsabu fiċ-Ċentru tal-Kreattivita’ għaliex l-eżibituri qegħdin iħarsu lejn din il-wirja mhux biss bħala wirja ta’ prodotti ta’ għamara fuq livell kummerċjali, iżda bħala wirja li qed turi ħila, kapaċita’, żvilupp ta’ disinn u innovazzjoni.  Għalhekk, ċentru ta’ kreattivita’ bħalma hu dan il-post, huwa ħolqa mportanti bejn l-attivita’ kummerċjali u l-impenn ta’ innovazzjoni f’kull min qiegħed fil-proċess tal-manifattura f’pajjiżna,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari. 

Il-poplu Malti, bħala konsumatur, huwa mistieden biex iżur din il-wirja.  Din il-wirja qed tiġi mtella’ minn mastrudaxxi artiġjana Maltin msieħba fil-Malta Furniture Manufacturers Organisation, li hija mgħejjuna mill-Malta Enterprise. 

B’appell lill-konsumatur Malti, sabiex il-konsumatur Malti jagħżel prodott ta’ għamara Maltija.  Dawn l-organizzaturi qegħdin juru li l-prodotti tagħhom huma prodotti ta’ kwalita’ li jikkompetu ma’ prodotti barranin.  L-organizzaturi, permezz ta’ din il-wirja, qegħdin jappellaw lill-konsumaturi Maltin biex fl-għażla tiegħu jixtru Malti. 

Impjiegi Full-Time

Attivita’ Ekonomika

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow