DJALOGI 2008 - L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU JKOMPLI JIDDJALOGA
Djalogi 2008 – se jkun jikkonsisti minn sensiela ta’ djalogi pubbliċi bil-għan li jagħti opportunità lill-pubbliku sabiex jikkontribwixxi fit-tfassil tad-dokument ta’ qabel il-Budget 2008. Il-Prim Ministru se jkun preżenti matul il-laqgħat ta’ djalogu biex jisma s-suġġerimenti, il-ħsibijiet u l-opinjonijiet tal-pubbliku.
Il-proċess ta’ djalogu miftuħ huwa mezz mill-aktar effettiv kif il-pubbliku jista’ jsemma l-vuċi tiegħu lill-politiku. F’socjetà demokratika huwa essenzjali li nersqu qrib xulxin u nisimgħu lil dawk li għandhom opinjonijiet simili u differenti sabiex ikollna perspettivi ġodda dwar ir-realtajiet li jistgħu jaffetwawna. Permezz tad-diskussjoni, kull individwu jkun jista’ jiċċara u jlissen il-prinċipji, atitudni u twemmin tiegħu sabiex jasal għal konklużjoni li tissarraf f’rakkomandazzjoni ta’ politika effettiva. Djalogi 2008 se jkompli jsaħħaħ it-tmexxija inklużiva ta’ dan il-gvern u jżomm il-konsultazzjoni pubblika fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.
Is-Saħħa, l-Opportunitajiet ta’ Xogħol, il-Pensjonijiet, l-Ambjent u Għawdex huma fost it-temi li se jkunu diskussi matul dawn il-laqgħat. L-ewwel djalogu pubbliku se jsir fil-25 ta’ April fis-6.00pm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta. Il-kumplament tal-laqgħat se jsiru hekk :
Programm:
| Aktar xogħol u xogħol ahjar | 25 ta’ April |
| Ambjent aħjar | 02 ta’ Mejju |
| L-aħjar servizz tas-saħħa | 09 ta’ Mejju |
| Għawdex, reġjun speċjali, jissaħħaħ | 16 ta’ Mejju |
| Inkomplu ntejbu l-pensjonijiet | 23 ta’ Mejju |
| Biex uliedna jirnexxu lkoll | 30 ta’ Mejju |
| Il-familja tikber b’saħħitha | 06 ta’ Ġunju |
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959