Left arrow Go Back

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet SoĊjali fl-ewwel żjara tiegħu barra minn Malta

PR0557
Date Icon 20/04/2007

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti gћadu kemm temm l-ewwel żjara tiegћu barra l-pajjiż.

Iż-żjara f'Helsinki hija parti ntegrali mid-diskussjoni dwar l-ekonomija ta´ l-gћerf, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li gћaddejja fil-Kumitat Parlamentari Malti u kellha l-iskop ewlieni li tifhem minn esperjenzi ta' pajjiż li gћamel suċċess f'dan il-qasam. 

Id-delegazzjoni Maltija kellha diskussjonijiet ma’ Esko Aho, eks Prim Ministru tal-Finlandja u President attwali ta' Sitra, l-organizzazzjoni statali li tippromwovi r-riċerka, l-izvilupp u l-innovazzjoni.  Il-Finlandja, taћt it-tmexxija ta´ Esko Aho, bejn is-snin 1991 u 1995,  ћarget minn riċessjoni ekonomika u ssieћbet fl-Unjoni Ewropea.  Aho  mexxa ’l quddiem l-qasam tar-riċerka, l-izvilupp u l-innovazzjoni sabiex illum il-Finlandja gћandha storja ta’ suċċess u qed tkun kwotata bћala wieћed mill-aktar pajjizi innovattivi. 

Il-Kumitat Malti kellu laqgћat oћra ma’ l-aġenzija Tekes, istituzzjoni governattiva li teċċella fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata.

Id-delegazzjoni  ltaqgћet ukoll ma’ diversi Kumitati tal-Parlament Finlandiz, fosthom il-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Futur,  il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa, il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Ugwaljanza, u l-Kumitat dwar l-Edukazzjoni u l-Kultura.  Dawn kollha qed ipoġġu s-soċjeta´ ta´ l-informazzjoni u l-ekonomija ta’ l-gћerf fuq quddiem ta´ l-aġenda tagћhom.  

Il-Finlandja huwa wieħed mill-pajjizi ż-żgћar li għarfu jisfruttaw l-opportunitajiet li toffri l-ekonomija ta´ l-gћerf.  Is-suċċess ta’ dan kienet il-kollaborazzjoni b’saћћitha bejn l-Istat u l-privat, kif ukoll l-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni.  Studji kkummissjonati mill-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Futur tal-Finlandja jindikaw biċ-ċar kemm l-ekonomija kibret minn mindu żdied l-investiment  f’dan il-qasam.

Id-delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tmexxiet miċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor. Clyde Puli MP u kienet komposta mill-Onor. Carmelo Abela MP u l-Onor. Frederick Azzopardi MP. 

Din iż-żjara seћћet bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti gћax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow