SIFE MALTA INIEDI PREŻENTAZZJONI TA’ PROĠETTI
Numru ta’ studenti universitarji ħadu sehem fil-preżentazzjoni nazzjonali ta’ din is-sena organizzata minn SIFE (Students In Free Enterprise Malta). SIFE twaqqfet fl-2005 mgħejjuna mill-interess ta’ l-HSBC Bank Malta p.l.c. SIFE tinkoraġġixxi lill-istudenti biex jikkrejaw opportunitajiet ekonomiċi, filwaqt li jiskopru l-potenzjal tagħhom infushom.
F’din l-attivita` nazzjonali ta’ SIFE, li saret fil-Hilton Conference Centre, l-istudenti ppreżentaw il-proġetti tagħhom lill-ġurija, magħmula min-nies mis-setturi tan-negozju. Il-proġetti preżentati kienu ‘Artists Wantit’, ‘Euro Changeover’, ‘Green Office’, ‘Today’s Students Tomorrow’s Performer’ u ‘Women Entrepreneurs’. Il-proġetti jippromwovu temi u eżerċizzji bħal financial literacy, l-intrapriża, start-ups tan-negozju, kapaċitajiet personali, marketing u l-etika fin-negozju.
Il-membri tal-ġurija ta’ SIFE, li kienu Mary L Agius, Kap ta’ Diversity Learning & Development, HSBC Bank Malta p.l.c, Charlo` Bonnici mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u David Pace minn KPMG, taw ir-rispons u s-suġġerimenti tagħhom lill-istudenti fuq kif jistgħu jtejbu l-proġetti tagħhom biex dawn iżommu aktar l-udjenza tagħhom. Il-ħames studenti ta’ SIFE mill-Universita` ta’ Malta se jirrappreżentaw lil Malta fis-SIFE European Symposium li se ssir fil-Polonja aktar tard din is-sena.
“L-HSBC Group issieħeb ma’ SIFE International f’Marzu ta’ 2005, billi tah l-għajnuna tiegħu permezz ta’ US$3 miljun lejn programm ta’ financial literacy ta’ l-organizzazzjoni,” qal Brian Tortell, Kap tal-Marketing, HSBC Bank Malta p.l.c. “Il-Bank kien l-ewwel wieħed f’Malta li offra l-għajnuna tiegħu, biex jiżgura li l-istudenti Maltin jkollhom aċċess għall-programmi ta’ SIFE malajr kemm jista` jkun. L-HSBC għandu impenn qawwi biex jgħin liż-żagħżagħ u jgħin lill-komunitajiet jakkwistaw it-tagħrif u l-kapaċitajiet meħtieġa. L-isfida ta’ l-istudenti ta’ SIFE hi li jiżviluppaw proġetti outreach fil-komunita` li jgħallmu l-erba` suġġetti edukattivi ta’ SIFE; l-intrapriża, l-ekonomija tas-suq, l-etika fin-negozju u kapaċitajiet għas-suċċess fil-finanzi personali.
“Is-sena l-oħra, allavolja it-tim Malti kien l-iżgħar u bl-inqas esperjenza, SIFE UMT irnexxielu jiġbed lejh rispett, tifħir u l-ammirazzjoni ta’ kulħadd fil-European Symposium li sar f’Pariġi,” qal l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari Għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed. “Riżultati pożittivi bħal dawn jinkoraġixxu aktar studenti biex jieħdu sehem f’inizjattiva bħal din li tippromwovi l-kapaċitajiet u l-motivazzjonijiet li għandhom l-istudenti Maltin, filwaqt li nkunu qed ninkoraġġixxu l-ispirtu ta’ l-intrapriża.
“Huwa importanti li nikkomunikaw ma’ l-istudenti tagħna. Hemm bżonn li naraw li nkunu qegħdin niftehmu bejnietna biex nassiguraw li jkun hemm komunikazzjoni tajba. Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed minn dejjem ħadem mill-qrib ma’ organizazzjonijiet ta’ l-istudenti, u aħna konna qrib ta’ SIFE mill-bidu. L-għan tagħna hu li nfasslu mod differenti ta’ kif wieħed jaħseb. Irridu nrawwmu mentalita’ aktar imprenditorjali biex l-istudenti tagħna jagħrfu r-realtajiet tad-dinja tax-xogħol u tan-negozju. SIFE UMT sejrin tajjeb ħafna, u jiena ċert li ser ikollhom dejjem aktar suċċessi. Nixtieq nawgura lill-istudenti għall-partecipazzjoni tagħhom fil-European Symposium ta’ din is-sena”, kompla jgħid.
Aktar tagħrif fuq SIFE jista` tinkiseb mis-sit www.sife.org
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959