Left arrow Mur Lura

World Book and Copyright Day 2007

PR0540
Date Icon 17/04/2007

Din il-ġurnata, għal tnax-il sena konsekuttiva, qed tiġi ċċelebrata madwar id-dinja fit-23 t’April, bl-għan li tagħti ġieħ lill-aktar għodda mportanti, għodda li tiffaċilita l-espressjoni, l-edukazzjoni u l-kommunikazzjoni – Il-Ktieb. 

Għaldaqstant, il-UNESCO qed tfittex li tippromwovi kemm il-qari kif ukoll id-drittijiet ta’ l-awtur u l-istampatur – il-‘copyright’. 

Din id-data ntgħażlet proprju għaliex it-23 t’April 1616,  mietu l-awturi kbar Cervantes, Shakespeare u Inca Garcilaso de la Vega. Ta’ min jinnota wkoll illi fit-23 t’April twieldu awturi prominenti bħal Maurice Druon, Vladimir Nabokov u oħrajn. 

St James Cavalier ilu jfakkar  din il-ġurnata sa mill-2003, bl-iskop ewlieni li jilħaq aktar lit-tfal ta’ l-iskola. Din is-sena qed jorganizza dan il-programm innovattiv fejn ser jippreżenta lill-poplu Malti bi programm ta’ attivitajiet li għalieh mhux ser jintalab ħlas lill-pubbliku. 

Il-Ministeru tal-Finanzi permezz tan-National Lottery Good Causes Fund (NLGCF) dejjem kien impenjat sabiex avvenimenti kulturali ta’ din ix-xorta jkunu ta’ suċċess. Ħassejna illi għandna nisponsorjaw dan l-avveniment tant utli u b’messaġġ car lejn din il-missjoni li qed taħdem għaliha l-UNESCO billi nagħmlu l-kontribuzjoni tagħna ta’ Lm2,000 (€4,658.75).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow