World Book and Copyright Day 2007
Din il-ġurnata, għal tnax-il sena konsekuttiva, qed tiġi ċċelebrata madwar id-dinja fit-23 t’April, bl-għan li tagħti ġieħ lill-aktar għodda mportanti, għodda li tiffaċilita l-espressjoni, l-edukazzjoni u l-kommunikazzjoni – Il-Ktieb.
Għaldaqstant, il-UNESCO qed tfittex li tippromwovi kemm il-qari kif ukoll id-drittijiet ta’ l-awtur u l-istampatur – il-‘copyright’.
Din id-data ntgħażlet proprju għaliex it-23 t’April 1616, mietu l-awturi kbar Cervantes, Shakespeare u Inca Garcilaso de la Vega. Ta’ min jinnota wkoll illi fit-23 t’April twieldu awturi prominenti bħal Maurice Druon, Vladimir Nabokov u oħrajn.
St James Cavalier ilu jfakkar din il-ġurnata sa mill-2003, bl-iskop ewlieni li jilħaq aktar lit-tfal ta’ l-iskola. Din is-sena qed jorganizza dan il-programm innovattiv fejn ser jippreżenta lill-poplu Malti bi programm ta’ attivitajiet li għalieh mhux ser jintalab ħlas lill-pubbliku.
Il-Ministeru tal-Finanzi permezz tan-National Lottery Good Causes Fund (NLGCF) dejjem kien impenjat sabiex avvenimenti kulturali ta’ din ix-xorta jkunu ta’ suċċess. Ħassejna illi għandna nisponsorjaw dan l-avveniment tant utli u b’messaġġ car lejn din il-missjoni li qed taħdem għaliha l-UNESCO billi nagħmlu l-kontribuzjoni tagħna ta’ Lm2,000 (€4,658.75).
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959