Left arrow Mur Lura

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet SoĊjali tal-Parlament Malti, fl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu barra minn Malta

PR0538
Date Icon 16/04/2007

Illum, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti jibda l-ewwel żjara uffiċjali fl-istorja tiegħu.

Iż-żjara fil-Finlandja tinkludi serje ta´ laqgħat ma’ Kumitati Parlamentarí u entitajiet governattivi, fosthom il-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Futur,  il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u tas-Saħħa, il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-Kumitat dwar l-Edukazzjoni u l-Kultura. 

Id-delegazzjoni hija mmexxija mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor. Clyde Puli u tinkludi lill-Onor. Carmelo Abela u l-Onor. Frederick Azzopardi. 

Din iż-żjara qed  issir bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow