Left arrow Mur Lura

FESTA TAL-FRAWLI FL-IMĠARR

PR0532
Date Icon 15/04/2007

Il-Kunsill Lokali Mġarr flimkien mal-Kummisjoni Lejla Mġarrija, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent organizzaw l-ewwel Festa tal-Frawli, fil-pjazza biswit il-knisja ta’ l-Imġarr.

Din attivita' saret fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali bil-għan li tikkumplimenta l-attivita' l-oħra magħrufa bħala Lejla Mġarrija, li ssir kull sena ftit qabel tkun iċċelebrata l-Festa ta' Santa Marija fl-Imġarr. Mijiet ta’ familji attendew għal din l-attivita’ fir-raħal pittoresk ta' l-Imġarr.  

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino inawgura din il-Festa tal-frawli u  qal “li bħalma l-Lejla Mgarrija saret parti mill-kalendarju kulturali u agro-turistiku ta' pajjiżna, hekk ukoll il-Festa tal-frawli għandha  titniżżel fil-kalendarju annwali tal-Kunsill Lokali ta’l-Imġarr.”  

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħeġġeg biex ikun hemm aktar attivitajiet bħal dawn li jqajjmu kuxjenza ikbar dwar l-importanza tal-prodott agrikolu Malti u li jagħmlu ġieħ lil bdiewa Maltin. 

Il-Ministru Pulliċino qal semma kif fil-jiem li ġejjin, il-Ministeru għall-affarijiet Rurali u l-Ambjent se jkun qed jappoġġja aktar attivitajiet bħal dawn fosthom il-Festa tar-Rebbiegħa li ser issir fil-5 u 6 ta’ Mejju f’Ta’Qali 

Il-"Festa ta' Frawli" fl-Imġarr hi opportunita' biex kull min attenda kellu l-opportunita’ japprezza l-benna ta' l-art Maltija u frott il-bdiewa ħawtiela ta' pajjiżna. Fil-post kien hemm diversi stands fejn fihom diversi bdiewa setgħu ibiegħu l-frawli bnin tagħhom. Barra dan  kien hemm tisjir ta’ riċetti magħmulin mill-frawli u anke nformazzjoni edukattiva dwar il-frotta ħelwa ta' kulur ħamrani li hija l-unika frotta li għandha ż-żerriegħa fuq barra minflok fuq ġewwa.    

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow