Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Censu Galea, Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni waqt it-tnedija tal-Partnership Agreement bejn il-GRTU u CSQM – il-Belt Valletta – 13.4.2007

PR0527
Date Icon 13/04/2007

Sur President, Direttur Ġenerali, Sinjuri, 

Huwa unur kbir għalija li qed nattendi għal din l-okkażjoni fejn l-akbar union ta’ l-imprendituri Maltin u Għawdxin qiegħda tissieħeb mal-kumpanija CSQM (Customer Service Quality Mark) International Ltd fil-qasam tal-customer service certification u t-tagħlim relatat mal-customer service. B’hekk il-membri tal-GRTU ser ikollhom l-opportunita’ jtejbu s-servizz li joffru, kif ukoll li jnaqqsu l-ispiża biex joffru dan is-servizz. 

Eżercizzji bħal dawn igħinu ħafna biex negozju f’Malta jiffjorixxi aktar. Proġetti ta’ investiment ta’ miljuni ta’ liri huma mportanti, iżda dawn jistgħu jkunu ta’ suċċess jekk aħna nagħrfu noffru servizz aħjar minn pajjiżi ohrajn. Kollox jiddependi fuq il-kwalita’ li noffru. Il-kwalita’ tal-‘customer service’ qiegħda dejjem issir iktar essenzjali għal kulħadd. Min jibqa’ lura jista’ jitlef bil-kbir kemm fuq bazi lokali, kif ukoll dik internazzjonali. Dan japplika għal kulħadd, irrispettivament mill-kobor tan-negozju. 

Illum huwa fatt magħruf li l-Malti huwa ħawtiel, bieżel u kapaċi jadatta ruħu għaċ-ċirkostanzi dejjem jinbidlu. Dan huwa fattur importanti li qiegħed iħeġġeġ iktar investiment barrani, u għaldaqstant intrapriżi Maltin qegħdin igawdu minn dawn l-opportunitajiet. CSQM International Ltd hija wahda minn dawn il-kumpaniji li qiegħda toffri dawn is-servizzi li jistgħu jgħinu biex in-negozji joffru servizz aħjar b’inqas spejjeż possibli billi jintużaw prattiċi ġodda ta’ xogħol, organizzazzjoni, kontroll u standards li kumpaniji kbar ilhom diġa jħaddmu. 

Il-kompetizzjoni qed issir dejjem iktar iebsa, u għalkemm ir-riżorsi jistgħu jkunu limitati, il-ħeġġa ta’ l-imprenditur għandha tippersisti. Tħares fejn tħares tara b’għajnejk kif fuq medda ta’ snin ċertu mprendituri żergħu sagrifiċċji li rrendew bil-kbir. Is-sigriet huwa x-xoghol, bżulija, stinkar u servizz lill-konsumatur ta’ prima kwalita’. 

Il-Ministeru tiegħi għandu r-responsabbilta’ li jżomm bilanċ bejn l-interess tal-konsumatur u dak tas-settur tan-negozju. Din m’hijiex xi ħaġa faċli kif tafu intom stess. Inizjattivi privati li huma maħsuba sabiex itejjbu l-kwalita’ tas-servizz lill-konsumatur, huma ta’ min jinkoraġġihom speċjalment meta jsiru bis-serjeta’. Il-prinċipju fejn l-operaturi privati jirregolaw lilhom infushom b’mod serju huma l-aqwa mezz ta’ serħan il-moħħ għall-konsumatur. L-importanza ta’ serjeta’ assoluta u ‘fairplay’ huma importanti biex tinbena fiduċja. Nafu li mhux biżżejjed li tgħid li għandek servizz tajjeb, imma jekk temmen li toffri servizz tajjeb jew trid ittejjeb dak li diġa’ għandek, irid ikun hawn il-mezzi biex ikollok l-operat tiegħek ċertifikat u approvat minn kumpanija independenti. 

L-uniku riżors li ma nistgħux ngħaddu mingħajru huwa il-ħaddiem. Il-ħaddiema li joperaw wiċċ imb’wiċċ mal-klijenti huma mportanti ħafna. Huma jagħtu impressjoni aħħarija lill-klijent, u għaldaqstant, il-mod kif dawn jaħdmu, jitkellmu u jesebixxu l-manjieri tagħhom huwa importanti.  

Għaldaqstant, din hija inizjattiva serja u ta’ bżonn. Gvernijiet f’diversi pajjiżi qed jaħdmu f’dan ir-rigward. Fuq livell ta’ Komunita’ Europea, l-Kummissjoni m’ilhiex li ħarġet Green Paper fuq is-suġġett tal-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur u t-tendenza hi li fejn hemm in-nuqqas ta’ regoli, dawn jiġu ntrodoti b’tali mod li jtejjbu l-pożizzjoni tas-setturi kollha. Ir-relazzjoni bejn il-konsumatur u n-negozjant għandha tkun waħda fejn it-tnejn jibbenifikaw. 

Jiena nawguralkom li tkomplu taħdmu sabiex tmexxu din l-inizjattiva u twassluha aktar ’il quddiem għand aktar imprendituri għaliex ċert li din hi ħidma ġenwina u ta’ fejda għal kull parti. Intom li tinsabu fin-negozju inħeġġiġkom li taħtfu din l-opportunita’ sabiex ikollkom sistema permanenti ta’ monitoraġġ tas-servizz li toffru bi prezz raġjonevoli. Minn naħa tal-Gvern dejjem ser issibu l-għajnuna li teħtieġu. Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow