Left arrow Mur Lura

IS-SITT LAQGĦA FIS-SENSIELA “IL-MINISTRU FOSTKOM”

PR0525
Date Icon 13/04/2007

Is-sitt laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” ser issir nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ April.

Din id-darba jmiss lin-nies li huma residenti fil-Ġżira, Pembroke, San Ġiljan u tas-Sliema. Il-laqgħa ser issir bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofs in-nhar fil-Ġżira Youth Centre li jinsab fi Triq Reid.

F’dawn it-tliet siegħat il-Ministru Cristina ser tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu  appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w in-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa n-nies jidħlu għall-appuntament mal-Ministru skond min ikun ċempel l-ewwel.

Minħabba li ma jkunx possibli li l-Ministru Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, in-nies jistgħu jingħataw appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar. Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispjeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jifissa l-appuntament. Min ma jċemplix xorta waħda jista’ jiġi l-Ġżira Youth Centre u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard.

Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi. 

Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta u Għawdex. Għalhekk in-nies huma mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow