Left arrow Mur Lura

Xogħlijiet f’Żoni turistiċi

PR0519
Date Icon 12/04/2007

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura dalgħodu ġie infurmat li bdew jitwettqu xogħlijiet ta’ tħaffir ta’ trinek mill-Korporazzjoni Enemalta f’zona turistika li fiha hemm numru ta’ lukandi. Hekk kif sar jaf b’dawn ix-xogħlijiet, il-Ministeru intervjena sabiex jassigura li l-inkonvenjent lill-operaturi tal-lukandi u lir-residenti ikun minimizzat.

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qed jesiġi li s-sidien tal-lukandi għandhom jiġu avżati bil-quddiem kull meta jkunu ser isiru xogħlijiet maġġuri fiz-zona qrib il-lukanda tagħhom. Dan sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu l-obbligu kuntrattwali li għandhom ma’ l-operaturi turistiċi u javżaw bil-quddiem kull meta jkunu ser isiru xogħlijiet infrastrutturali madwar u fil-lukandi. 

Intant il-kuntrattur li qed iwettaq dawn ix-xogħlijiet ingħata struzzjonijiet sabiex jassigura:

·        li l-lukandi jkollhom aċċess kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jridu jagħtu servizz lil-lukandi,

·        li jsir tindif waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet u

·        li jitqiegħdu sinjali ċari għall-pubbliku fl-inħawi tax-xogħlijiet. 

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qed iżomm kuntatt kontinwu kemm mal-lukandiera kif ukoll mal-Korporazzjoni Enemalta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow