Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta’ l-Ambjent Ġermaniż għal żjara f’Malta

PR0513
Date Icon 11/04/2007

Il-Ministru Federali ta’ l-Ambjent, Konservazzjoni tan-Natura u Sigurta’ Nukleari tal-Ġermanja, Sigmar Gabriel se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 t’April 2007.  Din iż-żjara se ssir wara stedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino. 

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta, l-Ministru Gabriel u d-delegazzjoni tiegħu se jkollhom laqgħat uffiċjali mal-Ministru George Pullicino u ma’ uffiċċjali mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-WasteServ.   

Matul iż-żjara tad-delegazzjoni Ġermaniża f’Malta se jkun konkluż il-ftehim ta’ twinning mal-Gvern Ġermaniż fuq ir-responsabbilta’ tal-produttur (producer responsibility). 

Barra dan, il-Ministru Gabriel se jkollu laqgħat mal-uffiċċjali tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija, taħdidiet mal-EuroMediti – l-Istititut Ewro-Mediterranju għat-Teknoliġija u l-Innovazzjoni, u se jżur il-proġett tad-Dwejra f’Għawdex li qed isir minn ‘Nature Trust’ flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow