Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA POŻITTIVA BIEX TIĠI APPREZZATA L-ĦIDMA AGRIKOLA

PR0507
Date Icon 09/04/2007

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, dalgħodu ltaqa' mat-tfal tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li żaru l-farm ta’ l-Għammieri.  Din il-ħarġa edukattiva kienet organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija flimkien mal-Korp tal-Pulizija. 

Waqt din iż-żjara, it-tfal kienu mdawwrin mal-farm ta’ l-Għammieri fejn setgħu jaraw mill-viċin l-annimali li fil-ħajja mgħaġġla tal-lum ftit li xejn wieħed għadu jista’ jara u jammira.  Dr Agius faħħar din l-inizjattiva min-naħa tal-Korp tal-Pulizija u qal li hi ħaġa mill-isbah li tfal jiġu mgħallma japprezzaw il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala, li permezz tal-ħidma tagħhom il-konsumatur ikun jista’ jixtri prodotti friski u li huma ferm importanti għall-għixien tagħna ta’ kuljum.  Huwa kompla jispjega kemm hu importanti li titnissel fit-tfal Maltin u Għawdxin edukazzjoni fejn wieħed jitgħallem iħobb l-ambjent u lil dawk il-persuni kollha li jaħdmu f’dan is-settur. 

F’kelmtejn indirizzati lit-tfal, Dr Agius ħeġġiġhom japprezzaw u jħobbu 'l-annimali u li dawn qatt m’għandhom jiġu maħqura.  Kompla jispjegalhom li issa, li raw minn fejn u kif jiġu ċerti prodotti u affarijiet ta’ l-ikel, issa iktar minn qatt qabel għandhom jaraw li ma jaħlux dak li jkun ippreparat għalihom u japprezzaw it-tbatija tal-bdiewa li jipprovdu l-ħxejjex u l-frott u tar-raħħala li jipproduċu l-ħalib li tant hu popolari mat-tfal. 

Dr Agius temm l-indirizz tiegħu billi ħeġġeġ aktar għaqdiet biex jikkupjaw l-inizjattiva tal-Korp tal-Pulizija u jorganizzaw ħarġiet edukattivi kemm fl-Għammieri kif ukoll fiċ-Ċentru għall-Konservazzjoni tas-Sajd fit-Torri San Luċjan f’Marsaxlokk.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow