Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FONDI STRUTTURALI 2004-2006, FOND SOĊJALI EWROPEW, PRIJORITÀ 2: L-IŻVILUPP TAN-NIES

PR0506
Date Icon 09/04/2007

Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħarget it-tielet sejħa għal proposti ta’ proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew fi ħdan il-Fondi Strutturali 2004-2006. Dan il-Fond jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali partikolarment il-politika u l-prijoritajiet li għandhom x’jaqsmu max-xogħol u  l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali.

Malta sawwret id-Dokument ta` Programmar Individwali għall-perjodu 2004-2006 (dan id-dokument jinsab fuq www.ppcd.gov.mt). Id-Dokument ta’ Programmar Individwali jidentifika l-pjan strateġiku għall-użu tal-Fondi Strutturali. Dan id-dokument huwa msaħħaħ bi Kwota tal-Programm li jispjega u jagħti dettall kif dawn il-prijoritajiet u miżuri għandhom jiġu mplementati (l-aħħar verżjoni ta` dan id-dokument tinsab fuq www.ppcd.gov.mt).  

Is-sejħa għall-proposti hija ristretta għall-Miżuri 2.1 and 2.2 li jaqgħu taħt it-2 Prijorita`, l-Iżvilupp tan-Nies, tad-Dokument ta` Programmar Individwali. Il-fondi allokati għal din is-sejħa taħt dawn iż-żewġ miżuri jlaħħqu għal madwar: 

Miżura 2.1 – Żvilupp għall-Opportunitajiet ta` Xogħol  u Adattabilita`€  500,000
Miżura 2.2 – Ugwaljanza bejn is-sessi€  100,000

Il-proposti għandhom jaqgħu taħt waħda mill-azzjonijiet eliġibbli għall-fondi. Dawn huma stipulati taħt il-Miżuri 2.1 and 2.2 kif spjegat fil-Kwota tal-Programm. Sezzjoni 1.1 tal-linji Gwida għall-Applikazzjoni tagħti informazzjoni dwar liema proġetti huma eliġibbli għall-fondi. Lista ta` benefiċjarji finali li jistgħu japplikaw għall-proġetti taħt dawn il-miżuri tinsab fil-Kwota tal-Programm. Sezzjoni 1.1.3 tal-linji gwida jagħtu tagħrif dwar dawk li jistgħu japplikaw u jibbenefikaw minn dawn il-fondi. 

Ir-rata ta’ ko-finanzjament taħt il-Programm 2004-2006 hija stabbilita għal 75%[1].  

Applikazzjonijiet, annessi u linji gwida jinsabu fuq http://www.ppcd.gov.mt/english/links/main.htm taħt is-sezzjoni ta` l-Applikazzjonijiet. Il-linji gwida għandhom iservu ta’ għajnuna fil-preparazzjoni ta’ l-applikazzjoni. 

Id-dokument li jintuża sabiex jingħataw il-punti fuq proġetti proposti jinsab f’Anness 4 (Sezzjoni 4.3) tal-Manwal tal-Proċeduri. Il-Manwal tal-Proċeduri jinsab fuq http://www.ppcd.gov.mt/english/sf/main.htm

Is-sejħa tagħlaq f’nofsinhar ta’ l-4 ta’ Mejju 2007. Dettalji dwar is-sottomissjonijiet tal-proposti tal-proġetti jistgħu jinkisbu minn sezzjoni 1.2 tan-noti ta` gwida. Aktar informazzjoni tista` tinkiseb billi tintbagħat e-mail fuq dan l-indirizz: info@ppcd.gov.mt



[1] F’ dan ir-rigward, l-Awtorita’ Amministrattiva tixtieq tiġbed l-attenzjoni li s-sejħa għall-proposti taħt il-Programm 2007-2013 se toħroġ iktar tard din is-sena u r-rata ġenerali ta’ ko-finanzjament tal-UE hija stabbilita’ għal 85% ta’ l-ispiża pubblika eliġibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow