Left arrow Mur Lura

EASTER MONDAY PARADES F’BUĠIBBA U L-QAWRA

PR0503
Date Icon 05/04/2007

“Il-Gvern jaf li, minkejja li n-numru ta’ turisti li qed iżuru Malta żdied għal xahar wara l-ieħor bejn Novembru u Frar, l-operaturi turistiċi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet li l-Gvern, flimkien ma’ l-istakeholders, qed jaħdem biex jissupera.”

Dan stqarru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta kien qed jindirizza l-istampa fil-Każin tal-Banda ta’ San Pawl il-Baħar dwar l-organizazzjoni ta’ Easter Monday Parades f’Buġibba u l-Qawra.

 “Fuq inizjattiva ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Bars u Ristoranti ta’ San Pawl il-Baħar qed ikunu organizzati Easter Monday Parades f’Buġibba u l-Qawra. Il-Ministeru, permezz tal-MTA, ser jagħti għajnuna finanzjarja għal din l-attività,” qal il-Ministru Zammit Dimech.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dawn il-parati ser jieħdu sehem baned, il-Qawra Scouts u terramaxka; ser jittellgħu wirjiet ta’ divertiment fil-Qawra u Buġibba; ser ikun hemm animazzjoni, face painting, balloon modellers u bouncy castles. Hu qal li ser jipparteċipaw ukoll kantanti u żeffiena filwaqt li ser jiġu organizzati  Easter Egg Hunt għat-tfal, Easter Bonnets/Hats Competition u Easter Egg Painting Competition.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li permezz tal-Kumitat tal-Karnival il-Ministeru diġà ta kontribut biex nhar il-Ġimgħa tal-karnival irranġa biex il-Mellieħa Band Club, li kienet il-banda li ħadet sehem fl-isfilata tal-Karnival fil-Belt, marret iddoqq mat-toroq ta’ San Pawl il-Baħar. Hu qal li din kienet l-ewwel darba li banda li ddoqq fil-Karnival marret idoqq f’post ieħor qabel ipparteċipat fid-defilé tal-Belt.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern f’dawn l-aħħar xhur wettaq il-proġett għall-bini ta’ perched beach f’Buġibba b’investiment ta’ Lm457,000 (€1,064,523). Hu qal li din il-bajja ramlija fuq il-blat tlestiet b’dak kollu li teħtieġ bajja moderna. Hu qal li l-Gvern kellu diversi proġetti oħra għall-inħawi kollha ta’ San Pawl il-Baħar li ser jitwettqu bl-iskop li l-inħawi jissebbħu u jkunu aktar attraenti għat-turiżmu. Hu qal li aktar dettalji dwar dawn il-proġetti ma jdumux ma jitħabbru.

“It-turiżmu hu settur dinamiku fejn il-mod ta’ kif jiġu attirati t-turisti, u kif jivvjaġġaw, jinbidel minn żmien għall-ieħor. Il-Gvern jemmen li mit-turiżmu għandu jgawdi l-poplu kollu u għalhekk qed jieħu l-miżuri meħtieġa, flimkien ma’ l-imsieħba fis-settur, biex l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar jerġgħu jkunu l-bejta ta’ attività turistika li lkoll nixtiequhom li jkunu,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow