Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-ministeru tal-ġustizzja u l-intern: Il-Korp tal-Pulizija

PR0499
Date Icon 04/04/2007

B’referenza għall-istqarrijiet u dikjarazzjonijiet riċenti tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Intern, l-Onor. Gavin Gulia, dwar il-Korp tal-Pulizija, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern iwieġeb billi jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għall-punti li ġejjien: 

1.    L-esperjenza wriet illi l-membri tal-Korp tal-Pulizijia dejjem kellhom il-kundizzjonijiet tagħhom imħarsa u mtejba taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Is-salarju ta’ Kuntistabbli fil-Pulizija żdied b’34% mill-1998 lil hawn, u dak ta’ Spettur b’40%. Bejn allowances, overtime u extra duty, il-Pulizija rċevew Lm3 miljuni (€6.9 miljuni) fl-2006, jew medja ta’ Lm1,666 (€3,880.74)  addizzjonali kull wieħed. 

2.   Għall-kuntrarju taħt Gvernijiet Laburisti, kienet tnaqqset il-pensjoni tas-servizz billi bdiet tingħata wara 30 sena servizz (minflok 25), u min kien jaħdem wara li jirtira, kienet titnaqqaslu l-pensjoni. Barra minnhekk, Gvern Laburista kien naqqas l-attendenza tal-Pulizija fil-ħdud u festi, u ċarrat      Lm600,000  (€1,397,624) mid-dħul tal-Pulizija b’miżuri ta’ ekonomija. 

3.    Mhux minnu li l-Pulizija qed jitilqu mill-Korp b’xi rata għolja. Fil-fatt ir-riżenji bħala medja kull sena f’dawn l-aħħar 8 snin, kienet ta’ 42 – li jinkludu dawk li jirtiraw bl-eta’. Fi żmien il-Gvern Labourista, ir-rata kienet ta’ 73 Pulizija li rtiraw kull sena. 

4.   M’hemm xejn ħażin li Surġent li japplika għall-kors ta’ Spettur irid ikollu numru ta’ ‘O’ Levels. Dan jassigura kwalita’ aħjar fiż-żminijiet moderni. L-Onor. Gulia ikkritika dir-regola u nesa illi din ir-regola kien daħħalha l-Gvern Laburista stess fl-1997. 

5.   Ix-Shift il-ġdid – li ġie aċċettat b’maġġoranza stragranti tal-Pulizija – jassigura iktar ġranet frank lill-Pulizija, u għall-ewwel darba jassigura li l-Pulizija jkunu jafu minn qabel ix-shift u x-xogħol tagħhom kif ser ikun. 

6.   Id-dixxiplina fil-Korp hija mportanti. Għalhekk hu stramb kif l-Onor. Gulia ikkritika s-sistema ta’ kontroll fid-Depot tal-ħin ta’ dħul u ħruġ tal-Pulizija u ħaddiema. Din id-dixxiplina tiġi mwettqa b’mod raġjonevoli, u jittieħdu passi biss meta jkun hemm każ ċar ta’ abbuż. 

7.   Il-ħidma tal-Pulizija qed tagħti frott grazzi għar-riformi u bidliet li ddaħlu riċentement fosthom, taħriġ kontinwu u permamenti għall-membri tal-Korp. Kien għalhekk li r-rata ta’ kriminalita’ fl-2006 naqset bi 11%, u fl-ewwel tliet xhur tas-sena, ir-rata kompliet tonqos anki fuq iċ-ċifri tas-sena li għaddiet. Altru milli Korp demoraliżżat, għandna Korp tal-Pulizija mimli ħeġġa għall-isfidi tal-lum u ta’ għada.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow