Left arrow Mur Lura

Il-kultura ssaħħaħ l-identita’ tagħna

PR0478
Date Icon 31/03/2007

Fil-Port il-Kbir illum wara nofsinhar saret ir-regatta tradizzjonali marbuta mal-festa ta’ Jum il-Ħelsien.  F’din ir-regatta, li bdiet għall-ħabta tas-2.00 p.m., ipparteċipaw timijiet minn seba’ clubs tar-regatta: Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u l-Isla.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ippreżenta l-premjijiet lir-rebbieħa. Hu qal li f’pajjiżna qed jiġu organizzat żewġ regatti fis-sena: dik marbuta mal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja u dik li qed issir illum li hi marbuta mal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li r-regatta saret parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna fejn diversi qaddiefa jagħtu l-ħin liberu tagħhom biex jitħarrġu ħalli jkunu jistgħu jipparteċipaw għal dawn iż-żewġ regatta. Dawn ir-regatti għadhom popolari ħafna mal-Maltin u anke jiġbdu lejhom turisti li jkunu f’pajjiżna, li jieħdu pjaċir isegwu  t-tiġrijiet fejn tispikka ‘il-pika’ bejn il-clubs Maltin. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li  matul is-sena diversi taqsimiet tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jorganizzaw attivitajiet popolari u folkloristiċi li huma parti mill-kultura nazzjonali. Il-kultura tagħna rridu mhux biss ngħożżuha iżda wkoll inxerrduha għaliex tagħżilna minn kull nazzjon ieħor. Hu qal li dawn l-avvenimenti jagħmlu lil Malta aktar Maltija u għalhekk  jikkontribwixxu biex insaħħu l-identita’ tagħna.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fi żmien meta kull nazzjon kien qed jagħmel ħiltu biex jieħu sehemhu mill-industrja turistika, aħna wkoll konna qed naħdmu bla waqfien biex insibu dawk in-niċeċ li jgħollu l-prodott turistiku Malti u jagħmlu lill-pajjiżna attraenti mal-barranin.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lil timijiet rebbieħa filwaqt li rringrazzja lil kull min ipparteċipa fit-tiġrijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow