Left arrow Mur Lura

AKTAR TURISTI FIX-XHUR TAX-XITWA

PR0477
Date Icon 31/03/2007

Bejn Novembru 2006 u Frar 2007, il-perjodu li fis-settur tat-turiżmu huwa meqjus bħala l-aktar wieħed kwiet, pajjiżna ra żieda ta’ 12,411 fin-numru ta’ turisti li jżuruna.  Din iż-żieda ta’ sitta fil-mija fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna tidher aktar qawwija meta mqabbla ma’ l-istess perijodu ta’ l-2004/05. Iż-żieda fuq dak il-perijodu kienet ta’ 13,853, jew ta’ 6.7 fil-mija. 

F’Novembru 2006 kien hemm żieda ta’ 1,883 turist fuq Novembru, 2005; f’Diċembru ż-żieda kienet ta’ 6,070 turist; f’Jannar ta’ 1,121 turist u fi Frar iż-żieda kienet ta’ 3,246 turist. Ċifri maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jindikaw li din ix-xejra pożittiva kompliet ukoll f’Marzu.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech ikkumenta li dawn iċ-ċifri juru li l-miżuri li ħa l-Gvern sabiex jiġġenera turiżmu ġdid lejn pajjiżna bdew iħallu riżultati.  Hu qal li hu mistenni li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, it-turiżmu ser ikompli jiżdied hekk kif bdew joperaw lejn pajjiżna l-linji ta’ l-ajru low-cost Germanwings, Meridiana u darba tibda topera l-Click Air.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dawn il-linji ta’ l-ajru flimkien ma’ Ryanair ser iġorru bejniethom ’il fuq minn 120,000 passiġġieri.  Dan ifisser li viċin l-10 fil-mija tat-turiżmu lejn pajjiżna issa qed ikun iġġenerat permezz tal-linji ta’ l-ajru low-cost.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fix-xhur li għaddew saret ħidma intensiva mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u mill-MIA plc li wasslet għal dawn ir-riżultati. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura tenna li l-Gvern hu konxju mill-potenzjal ta’ dan is-settur u ser ikompli fil-ħidma tiegħu sabiex jiżdiedu r-rotot lejn Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow