Left arrow Mur Lura

NIPPROMWOVU L-MOBILITA` TAL-ĦADDIEMA MADWAR L-EWROPA

PR0474
Date Icon 30/03/2007

Il-Fiera Annwali ta’ l-Impjiegi li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ xogħol fl-Ewropa ġiet organizzata għal darb’oħra mill-Uffiċċju EURES tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC).  Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea żar il-fiera u tkellem ma’ dawk preżenti dwar l-opportunitajiet li jeżistu u l-appoġġ li jeżisti għal dawk li jiddeċiedu li jmorru jaħdmu f’pajjiż differenti.  Hu qal li esperjenza ta’ xogħol f’pajjiż ieħor ta’ l-UE mhux biss tgħin lill-persuna jiftaħ orizzonti ġodda fil-karriera tiegħu imma tkompli tarrikkixxi l-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħu u tagħmlu risors ta’ valur aktar għoli għal pajjiżna.   

Is-Servizz ta’ l-Impjiegi Ewropew (EURES) hu network ta’ koperazzjoni mfassal biex jiffaċilita l-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-Ewropa.  Sħab f’dan in-network jinkludu s-servizzi pubbliċi ta’ l-impjiegi Ewropej, l-għaqdiet tal-ħaddiema u l-għaqdiet ta’ min iħaddem.  In-network hu kkordinat mill-Kummissjoni Ewropea.  L-ETC hi msieħba f’dan in-network u tmexxi s-servizzi lokali tal-EURES. 

Il-Korporazzjoni temmen li għandha tippromwovi d-dritt tal-ħaddiema sabiex jgħixu u jaħdmu fi Stat Ewropew b’mod speċjali meta tikkonsidra li diversi studji juru kif madwar 2% biss tal-popolazzjoni li taħdem fl-Unjoni Ewropea tgħix fi Stat Membru li mhux l-Istat ta’ oriġini tagħha. Rappreżentanti tal-EURES mill-Italja, ir-Renju Unit, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, l-Islovakkja, l-Awstrija u Franza pparteċipaw fil-Fiera li ttellgħet fil-Lukanda Le Meridien Phoenicia nhar il-Ġimgħa 30 u nhar is-Sibt 31 ta’ Marzu 2007. 

L-Uffiċċju EURES f’Malta, imwaqqaf f’Mejju ta’ l-2004, s’issa għen lil aktar minn 7,000 persuna li kienu interessati li jaħdmu f’xi pajjiż Ewropew.  Reċentament il-EURES Malta għadu kif nieda l-website il-ġdida tiegħu, www.euresmalta.com

Dawk il-persuni li huma interessati jsiru jafu aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg f’xi pajjiż Ewropew, għandhom jikkuntattjaw l-Uffiċċju EURES ta’ l-ETC fuq 222 02 203 jew permezz ta’ l-e-mail fuq eures@etc.org.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow