Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-BDIEWA, IL-FARMERS CENTRAL COOPERATIVES SOCIETY (FCCS) U L-KOPERATTIVA GOZITANO

PR0472
Date Icon 30/03/2007

Laqgħa bejn il-Gvern u r-rappreżentanti kollha tal-bdiewa

Ilum saret laqgħa bejn delegazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u rappreżentanti ta’ l-għaqdiet tal-bdiewa.  Id-delegazzjoni tal-Gvern kienet immexxija mill-Ministru George Pullicino u mis-Segretarju Parlamentari Frans Agius u kienet tinkludi wkoll l-ogħla uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. 

Ir-rappreżentanti tal-bdiewa kienu mill-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa, il-Farmers Central Cooperatives Society (FCCS) u l-Koperattiva Gozitano. 

Matul il-laqgħa tqajmu numru ta’ punti li fuqhom kien maqbul li jitkomplew diskussjonijiet konġunti bil-għan li jkompli jittejjeb u jissaħħaħ is-settur agrikolu lokali. 

Kemm ir-rappreżentanti tal-Gvern kif ukoll ir-rappreżentanti tal-għaqdiet kollha tal-bdiewa urew sodisfazzjon għal-laqgħa tal-lum li hija ta’ awgurju tajjeb għal aktar koperazzjoni u kollaborazzjoni fix-xhur li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow