Left arrow Mur Lura

Il-ViĊi Prim Ministru Tonio Borg fi New Zealand

PR0452
Date Icon 29/03/2007

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġuztizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg kellu laqgħa mal-Prim Ministru ta` New Zealand Helen Clarke.  Din il-laqgħa saret waqt il-Konferenza tal-Commonwealth dwar il-Gvern Lokali li ssir  kull sentejn.  

Il-Viċi Prim Ministru qed jirrappreżenta lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi f`din il-Konferenza billi Malta għandha il-Presidenza tal-Commonwealth  sa l-aħħar tal-2007. 

Matul il-laqgħa gew diskussi metodi kif iż-żewg pajjiżi jistgħu jgħinu iktar lil xulxin f`fora internazzjonali, fl-Unjoni Ewropea u fil-Commonwealth. Saret referenza wkoll għall-possibilta` ta` bdil ta` studenti u ħaddiema bejn iż-żewġ pajjiżi u n-negozjar ta’ ftehim dwar sigurta` soċjali bejn iż-żewg pajjiżi. 

Il-Viċi Prim Ministru Borg indirizza l-Konferenza fil-bidu tagħha. Fid-diskors tiegħu huwa saħaq fuq il-progress li sar fil-qasam tal-Gvern Lokali f`Malta u kif il-kunsilli lokali kienu saħħew it-tixrid tat-teknologija ta` informatika fuq livell lokali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow