Left arrow Go Back

L-ISTUDJU XJENTIFIKU DWAR IL-MIGRAZZJONI TAL-GAMIEM U S-SUMMIEN FUQ IL-GŻEJJER MALTIN

PR0451
Date Icon 28/03/2007

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirreferi għall-istqarrija maħruġa llum mill-Birdlife Malta.

Il-Ministeru jinnota kif il-Birdlife qed tikkritika l-fatt li rappreżentanti tagħha qed ikunu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċess tal-ġbir ta’ informazzjoni li fuqha se jkun ibbażat l-istudju xjentifiku dwar il-migrazzjoni tal-gamiem u s-summien fuq il-gżejjer Maltin.  Il-Ministeru ma jistax ma jinnotax il-fatt li f’mument minnhom il-Birdlife timplika li l-Gvern diġa jaf x’se jkunu l-konklużjonijiet tar-rapport u fl-istess nifs tikkritika l-offerta tal-Gvern lill-istess Birdlife biex tieħu sehem fit-tfassil tar-rapport u li b’hekk tkun involuta mill-qrib fl-istudju.

Il-Ministeru jinnota wkoll ir-riferenza li Birdlife jagħmlu għal kwotazzjoni tal-Ministru Pullicino dwar il-metodoloġija.  Il-Birdlife hija mistiedna li tirreferi għall-ħarġa ta’ The Times tat-23 ta’ Marzu 2007 fejn il-ġurnalist jagħti kjarifika ta’ dak li qal il-Ministru Pullicino.  Fl-ebda ħin il-Ministru Pullicino ma qal li l-Kumitat Ornis qabel fuq il-metodoloġija.  Dak il-kumment kien biss żball li l-ġurnalist ikkjarifika fil-ħarġa tal-ġurnal tat-23 ta’ Marzu 2007. 

Il-Ministeru jinnota wkoll li l-Birdlife għażlet li toħroġ tikkritika pjanijiet li għadhom preliminari u li għad iridu jkunu diskussi u finalizzati ma’ min se jagħmel l-istudju.  Il-Birdlife għażlet ukoll li tattakka l-kredenzjali ta’ min se jagħmel l-istudju pero ma qisietx li l-persuna li ġiet avviċinata mill-Gvern Malti diġa għamlet studji simili għal Stati Membri oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.

Sfortunatament, il-Gvern għal darb’oħra huwa ffaċċjat minn pożizzjonijiet li mhumiex qed ikunu koerenti.  Filwaqt li sa’ ftit ilu l-akbar kritika li kellu jiffaċċja l-Gvern kienet li għadu ma lestiex l-istudju, issa li ttieħdu passi konkreti biex dan l-istudju jsir, il-Gvern qed ikun kritikat għax irid jinvolvi mill-qrib lill-partijiet konċernati kollha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow