Left arrow Mur Lura

Wirja ta’ Saħħa u Sigurta’ f’Għawdex

PR0447
Date Icon 28/03/2007

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, inawgurat wirja dwar Saħħa u Sigurta’, li qed tiġi mtella’ għat-tieni sena konsekuttiva fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex bis-sehem tal-iskejjel kollha ta’ Għawdex. 

Din il-wirja bl-isem ta’ msejħa ‘Feel Safe - Be Safe’, hija mmirata biex iżżid l-għarfien fuq l-importanza tal-Ħarsien tas-Saħħa fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll biex toffri tagħrif u tagħlim lill-pubbliku fuq il-ħtieġa ta’ ambjent san għall-istudenti u ħaddiema fl-iskejjel tagħna. 

Waqt li kienet qed tinawgura din il-wirja, l-Onorevoli Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qalet li ż-żieda tal-‘Health and Safety’ bħala suġġett fil-kurrikulu kien milqugħ tajjeb kemm mill-istudenti, kif ukoll mill-ġenituri u mill-edukaturi. Hija qalet ukoll li hi responsabilita’ kollettiva tagħna lkoll li nassiguraw li t-tfal tagħna jiġu magħllmin dwar l-importanza tal-Ħarsien tas-Saħħa.  

Dan it-tagħlim għandu jibda minn meta t-tfal ikunu ta’ eta’ żgħira sabiex hekk ikunu mħarrġa biżżejjed kif iġibu ruħhom meta jiġu ffaċċjati mill-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Hija saħqet dwar l-importanza li jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa u s-sigurta’ fost il-ġenituri, studenti u l-pubbliku b’mod ġenerali filwaqt li rreferiet dwar l-attenzjoni li l-Ministeru tagħha kontinwament jagħti biex jassigura ambjent aktar sigur fl-iskejjel Għawdxin.  

Il-Ministru Debono temmet id-diskors tagħha billi rringrazzjat lill-iskejjel kollha li pparteċipaw u appellat għall-kollaborazzjoni biex aktar attivitajiet edukattivi bħal dawn jiġu organizzati f’Għawdex. 

F’din il-wirja ser ikun hemm diversi taqsimiet mtella’ minn entitajiet differenti li jinkludu charts magħmula mill-istudenti fil-Gozo College, workshops li fihom jieħdu sehem studenti mill-iskejjel sekondarji Għawdxin, kif ukoll wirjiet mill-iskwadra tal-klieb tal-Pulizija, oħra fl-ewwel għajnuna mis-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar kif ukoll wirja ta’ tifi tan-nar u abseiling mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili. Matul iż-żmien tal-esibizzjoni ser tintwera preżentazzjoni elettronika filwaqt li l-Gozo College ser jorganizza kompetizzjoni li tikkonsisti f’erbgħa attivitajiet li fihom ser jipparteċipaw tfal mill-iskejjel kollha t’Għawdex, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja. 

Din l-attivita’ qed tiġi mtella’ bil-kollaborazzjoni tal-Ko-ordinatur tal-Gozo College Frank Gatt, l-Uffiċċjal ta’ l-Edukazzjoni għall-Ħarsien tas-Saħħa Philip Bonello u l-għalliema tal-‘Health & Safety’ fl-iskejjel t’Għawdex flimkien ma’ l-istudenti tagħhom. Il-wirja ser tkun miftuħa mill-Erbgħa 28 sal-Gimgħa 30 ta’ Marzu filwaqt li l-iskejjel kollha qed jiġu mistiedna biex izuruha u jipparteċipaw f’dawk l-attivitajiet mħejjijin għalihom mill-istudenti tal-Gozo College.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow