L-għada tal-kanonizazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca… VAKANZA GĦAT-TFAL TA’ L-ISKOLA
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea, ħabbar li nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2007, ser ikun jum ta’ vakanza fl-iskejjel kollha ta’ l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti. Fil-ġurnata ta’ qabel, il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, 2007, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ser jiddikjara Qaddis lil Dun Ġorġ Preca, il-Fundatur tas-soċjeta’ tal-MUSEUM.
Il-Ministru Louis Galea fisser li numru konsiderevoli ta’ għalliema, speċjalment dawk membri tal-MUSEUM, talbu l-‘leave’ biex ikunu jistgħu jmorru Ruma u jieħdu sehem f’din l-okkażjoni storika għall-poplu Malti u Għawdxi. Wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, il-Ministru Galea iddeċieda li, biex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni ta’ daqstant għalliema f’din l-okkażjoni, il-ġurnata tat-Tnejn, 4 ta’ Ġunju tkun ġurnata ta’ vakanza għall-iskejjel f’Malta u Għawdex.
Il-Ministru iżda javża li l-eżamijiet tas-SEC jew MATSEC jew ta’ xi Bord ta’ Eżamijiet ieħor li huma stabbiliti għat-Tnejn 4 ta’ Ġunju, ser isiru xorta waħda.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959