Left arrow Mur Lura

Issir it-Tifkira ta’ Giovanni Pappaffy – filantropu Grieg

PR0441
Date Icon 27/03/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo u l-Ambaxxatriċi tal-Greċja għal Malta Dorothea Tsimboukeli-Douvos, poġġew kuruni tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Giovanni Pappaffy, fiċ-Ċimiterju Ta’ Braxia fejn hu midfun.   

Qabel tqegħdu l-kuruni tal-fjuri ntqal talb apposta minn żewġ saċerdoti Ortodossi Griegi u ndaqqet fanfarra minn banda żgħira Griega. 

Grupp ta’ madwar 190 persuna ġew Malta apposta mill-Greċja biex ifakkru lil dan il-filantropu Grieg li għex u miet f’Malta fejn għamel ħafna ġid kemm ma’ l-emigranti kif ukoll mat-tfal orfni.  Hu kien fetaħ ukoll orfanatorfju fil-Greċja li semma “Meliteus” proprju biex juri r-rabta tiegħu ma’ Malta. 

Wara nofsinhar il-Ministru Frendo akkumpanjat mill-Ambaxxatriċi tal-Greċja u grupp ta’ ċittadini Griegi għamlu żjarat fil-Creche ta’ l-Ursolini f’Tas-Sliema u fl-Iskola St. Patrick’s f’Tas-Sliema, immexxija mill-patrijiet Salesjani.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow