Issir it-Tifkira ta’ Giovanni Pappaffy – filantropu Grieg
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo u l-Ambaxxatriċi tal-Greċja għal Malta Dorothea Tsimboukeli-Douvos, poġġew kuruni tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Giovanni Pappaffy, fiċ-Ċimiterju Ta’ Braxia fejn hu midfun.
Qabel tqegħdu l-kuruni tal-fjuri ntqal talb apposta minn żewġ saċerdoti Ortodossi Griegi u ndaqqet fanfarra minn banda żgħira Griega.
Grupp ta’ madwar 190 persuna ġew Malta apposta mill-Greċja biex ifakkru lil dan il-filantropu Grieg li għex u miet f’Malta fejn għamel ħafna ġid kemm ma’ l-emigranti kif ukoll mat-tfal orfni. Hu kien fetaħ ukoll orfanatorfju fil-Greċja li semma “Meliteus” proprju biex juri r-rabta tiegħu ma’ Malta.
Wara nofsinhar il-Ministru Frendo akkumpanjat mill-Ambaxxatriċi tal-Greċja u grupp ta’ ċittadini Griegi għamlu żjarat fil-Creche ta’ l-Ursolini f’Tas-Sliema u fl-Iskola St. Patrick’s f’Tas-Sliema, immexxija mill-patrijiet Salesjani.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959