Inawgurati titjiriet minn “Germanwings”
Il-kumpanija low cost ‘Germanwings’ illum nediet titjiriet minn u lejn Malta permezz ta’ żewġ titjiriet li niżlu fl-ajruport ta’ Malta minn Cologne u Stuttgart nofs siegħa ’l bogħod minn xulxin.
Il-‘Germanwings’ ser tibda topera erba’ titjiriet fil-ġimgħa, tnejn minn Cologne u tnejn minn Stuttgart. Matul din is-sena mistennija ġġib lejn Malta madwar 13,000 viżitatur.
Il-‘Germanwings’ hi t-tielet low cost airline li qed taħdem minn u lejn Malta. Ryanair, b’titjiriet minn Luton, Pisa u Dublin, mistennija li din is-sena iġġib madwar 90,000 viżitatur lejn Malta. Il-kumpannija Taljana ‘Meridiana’ mistennija ġġorr madwar 6,000 viżitatur ieħor.
Sadattant f’dawn l-aħħar jiem il-linja nazzjonali ta’ l-ajru l-‘Air Malta’ ħabbret li ser iżżid it-titjiriet lejn Munich, Frankfurt, Dusseldorf u Berlin fil-Ġermanja; Birmingham u Stansted fl-Ingilterra u Ruma.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li kien sodisfatt li l-kumpannija low cost ‘Germanwings’ bdiet topera lejn Malta. “It-titjiriet minn Germanwings flimkien ma’ aktar titjiriet mill-Air Malta għandhom jirriżolvu l-problema li kellna s-sena l-oħra meta numru kbir ta’ Ġermaniżi ma setgħux jiġu Malta minħabba nuqqas ta’ titjiriet lejn pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu tenna li l-Ġermanja kienet it-tieni l-ikbar suq turistiku tagħna u kien jemmen li b’aktar titjiriet dan is-suq kien se li jkompli jespandi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959