Left arrow Go Back

Inawgurati titjiriet minn “Germanwings”

PR0438
Date Icon 27/03/2007

Il-kumpanija low cost ‘Germanwings’ illum nediet titjiriet minn u lejn Malta permezz ta’ żewġ titjiriet li niżlu fl-ajruport ta’ Malta minn Cologne u Stuttgart nofs siegħa ’l bogħod minn  xulxin.

Il-‘Germanwings’ ser tibda topera erba’ titjiriet fil-ġimgħa, tnejn minn Cologne u tnejn  minn Stuttgart. Matul din is-sena mistennija ġġib lejn Malta madwar 13,000 viżitatur. 

Il-‘Germanwings’ hi t-tielet low cost airline li qed taħdem minn u lejn Malta. Ryanair, b’titjiriet minn Luton, Pisa u Dublin, mistennija li din is-sena iġġib madwar 90,000 viżitatur lejn Malta. Il-kumpannija Taljana ‘Meridiana’ mistennija ġġorr madwar 6,000 viżitatur ieħor. 

Sadattant f’dawn l-aħħar jiem il-linja nazzjonali ta’ l-ajru l-‘Air Malta’ ħabbret li ser iżżid it-titjiriet lejn Munich, Frankfurt, Dusseldorf u Berlin fil-Ġermanja; Birmingham u Stansted fl-Ingilterra u Ruma. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li kien sodisfatt li l-kumpannija low cost ‘Germanwings’ bdiet topera lejn Malta. “It-titjiriet minn Germanwings flimkien ma’ aktar titjiriet mill-Air Malta għandhom jirriżolvu l-problema li kellna s-sena l-oħra meta numru kbir ta’ Ġermaniżi ma setgħux jiġu Malta minħabba nuqqas ta’ titjiriet lejn pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu tenna li l-Ġermanja kienet it-tieni l-ikbar suq turistiku tagħna u kien jemmen li b’aktar titjiriet dan is-suq kien se li jkompli jespandi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow