Left arrow Mur Lura

Il-Viċi Prim Ministru jtemm iż-żjara tiegħu fl-Awstralja

PR0434
Date Icon 27/03/2007

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg temm iż-żjara tiegħu fl-Awstralja  b`diversi laqgħat mal-komunitajiet Maltin f’Sydney.  Dawn kienu jinkludu laqgħa mal-Past Pupils Salesjani fid-dar tal-MSSP fiċ-ċentru ta` Sydney, fejn attenda ukoll għal quddiesa ċelebrata minn Fr Tarcisio Micallef MSSP, żjara fil-La Valette Social Centre ta’ Blacktown, u żjara oħra fil-Hamrun Club f`Marsden Park, fil-qalba tal-lokalitijiet fejn jgħixu l-iktar il-Maltin.  Huwa zar ukoll id-Dar ta` l-Anzjani St Dominic`s Hostel fi Blacktown li titmexxa mis-sorijiet Duminkani fejn ġie milqugħ mill-Prof. Stephen Gatt u Sister Olivia. 

F`dawn il-laqgħat il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg kellu taħditiet mal-Kunsill tal-Komunitajiet Maltin ta` New South Wales, ippreseduta minn Charles Mifsud.  Il-Kunsill pubblikament irringrazzja lill-Ministru u lill-Gvern għar-riformi dwar iċ-ċittadinanza tat-tieni ġenerazzjoni ta` Maltin imwielda barra minn Malta. 

Il-Viċi Prim Ministru ġie intervistat ukoll minn Antoine Said Pullicino għal SBN Radio dwar dawn ir-riformi, kif ukoll mill-gazzetta tal-Maltin fl-Awstralja The Maltese Herald.  Din il-gazzetta, li l-editur taghha huwa Lino Vella u l-korrispondent Lawrence Dimech, tat prominenza liż-żjara tal-Viċi Prim Ministru fl-Awstralja. 

F`Pender Hill, fejn il-komunita’      Maltija hija numeruża, il-Viċi Prim Ministru, flimkien mas-Sindku ta’ Holroyd City, John Brodie qiegħdu kuruna tal-fjuri fuq il-monument ta` l-emigranti Maltin. 

Il-Viċi Prim Ministru żar ukoll l-Iskola tal-Lingwa Maltija f`Seven Hills  fejn assista għal-lezzjonijiet tal-Malti u ippreżenta għadd ta’ kotba u CDs għat-taghlim tal-lingwa Maltija lill-iskola.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow