Ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet f’żoni turistiċi għall-perjodu tas-Sajf
Wara l-emendi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, xtaq ifakkar li l-perjodu tal-bejgħ fis-Sajf (Summer Period) beda mill-1 ta’ Marzu u jibqa’ sejjer sal-31 ta’ Ottubru 2007.
In-negozji li jistgħu jiftħu fiż-żoni turistiċi fil-perjodu tas-Sajf, jiġifieri mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru mis-6.00 a.m. sal-11.00 p.m., huma dawk in-negozji li l-aktar li jbiegħu:
(a) Xarbiet, ħelu u prodotti tat-tabakk; jew
(b) Ħut u molluski; jew
(c) Arloġġi ta’ l-idejn, arloġġi tal-mejda u ġojjellerija; jew
(d) Souveniers u oġġetti ta’ xogħol tas-snajja; jew
(e) Kotba, gazzetti, kartolerija u oġġetti ta’ l-uffiċċju; jew
(f) Oġġetti tal-fwieħa; jew
(g) Tagħmir għall-għawm u għadis; jew
(h) Oġġetti ta’ preċiżjoni fotografiċi, ottiċi u dawk ralatati
Dawn il-ħwienet jistgħu jiftħu kemm-il darba jinsabu f’dawn il-lokalitajiet:
Malta
Belt Valletta
Birgu
Birżebbuġa
Bormla
Floriana
Gzira
Isla
Marsaskala
Marsaxlokk
Mdina
Mellieħa
Msida
Rabat
San Ġiljan
San Pawl il-Baħar
Sliema
Swieqi
Ta’ Qali, il-Villaġġ tas-Snajja fil-lokalita’ Attard
Ta’ Xbiex
Wied iż-Żurrieq, fil-lokalita’ Qrendi
Għawdex
Marsalforn u Qbajjar, fil-lokalita’ Żebbuġ
Mġarr
Rabat
Ta’ Dbieġi, il-Villaġġ tas-Snajja fil-lokalita’ Għarb
Xlendi
F’dawn il-lokalitajiet ukoll, għal dan il-perjodu tas-Sajf, ħwienet li l-aktar li jbiegħu prodotti ta’ ikel (li huma magħrufa aħjar bħala grocers) u li ma jkoprux aktar minn 350 metru kwadru ta’ spazju jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd u fi btajjel pubbliċi mis-6.00 a.m. sal-5.00 p.m.
Dawn l-emendi li saru huma riżultat ta’ eżerċizzju ta’ simplifikazzzjoni ta’ regolamenti li permezz tagħhom il-Gvern qed ifittex li joħloq bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u l-bejgħ f’pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959