Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA JATTENDI Ċ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU MIT-TRATTAT TA’ RUMA

PR0427
Date Icon 25/03/2007

Il-President Eddie Fenech Adami il-bieraħ is-Sibt attenda ċ-ċelebrazzjonijiet fi Brussel li jfakkru il-50 anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma. 

Il-President kien il-mistieden tal-Maesta’ Tiegħu ir-Re tal-Belġju Albert II li ospita u ippresjeda dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.  

Il-President Fenech Adami attenda il-kunċert klassiku fil-bini magħruf bħala BOZAR, Ċentru ta’ l-Arti,  fejn indaqqet in-9th Symphony ta’ Beethoven.  Il-kunċert tnieda b’diskors tal-Prim Ministru Belġjan Guy Verhofstadt u tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose Manuel Barroso.  

Il-President Fenech Adami, flimkien ma’ Kapijiet ta’ Stat u  awtoritajiet għoljin ta’ l-Unjoni Ewropea, attenda wkoll Symposium fil-Palazz Rjali li kien indirizzat mill-Maesta’ Tiegħu ir-Re tal-Belġju Albert II. Saret ukoll intoduzzjoni mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Belġjan, Karel De Gucht. F’dan is-Symosium ġew diskussi temi li jittrattaw it-tifsira ta’ Ewropa magħquda.   

Filgħaxija l-President flimkien ma kapijiet ta’ stat attenda għal kunċert fil-Heysel Esplande

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow