Left arrow Go Back

Il-Viċi Prim Ministru kompla ż-żjara tiegħu fl-Awstralja

PR0419
Date Icon 23/03/2007

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, l-Onor. Tonio Borg kompla biż-żjara tiegħu fl-Awstralja billi żar il-komunitajiet Maltin f`Sydney u iltaqa` ma` awtoritajiet Awstraljani fl-Istat ta` New South Wales. 

Il-Viċi Prim Ministru kellu laqgħa ta` kortesija mal-Gvernatur ta` l-Istat ta` New South Wales, l-E.T. Prof. Marie Bashir f’Government House, Sydney. Il-Gvernatur kellha kliem ta` tifħir għall-komunitajiet Maltin u esprimiet it-tama li fi żjara li ser tagħmel fl-Ewropa tinkludi lil Malta fl-itinerarju tagħha. Hija wkoll uriet lill-Viċi-Prim Ministru Borg kwadru li għandha fir-residenza uffiċjali tagħha ta` Sir Gerald Strickland li kien Gvernatur f`New South Wales l-1917.   

Iktar tard il-Viċi Prim Ministru Borg iltaqa` ma’ l-Ispeaker tal-Assemblea Leġislattiva ta` New South Wales, John Aquilina. Minkejja li kien lejliet l-elezzjoni statali, l-Ispeaker Aqulina sab ħin biex jiltaqa` mad-delegazzjoni Maltija. Il-Viċi Prim Ministru rringrazzja lill-Ispeaker Aquilina għas-sehem li ta sabiex tiġi emendata liġi Awstraljana,  ħalli jkun iktar faċli sabiex Maltin li kienu tilfu n-nazzjonalita` Awstraljana jkunu jistgħu jerġgħu jakkwistawha.  

Wara dan il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg kellu laqgħa mal-Kunsill tal-Komunita` Maltija f’New South Wales fejn spjega l-emendi li l-Gvern ħabbar fit-13 ta` Frar, dwar ċittadinanza Maltija għat-tieni ġenerazzjoni ta` Maltin imwielda barra minn Malta. Dawn l-proposti ntlaqgħu b’entużjażmu mill-Kunsill li rringrazzja lill-Gvern għal dan il-pass għaqli.  Wara l-Viċi Prim Ministru ltaqa` maż-żewg Kmamar tal-Kummerċ Maltin-Awstraljani fi  New South Wales li saħqu fuq l-importanza ta` dawn ir-riformi sabiex tithares l-identita` u kultura Maltija fl-Awstralja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow