ĊERIMONJA BIEX TFAKKAR IL-50 SENA TA’ L-UNJONI EWROPEA
Fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma li permezz tiegħu nħolqot l-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Nazzjonali li qed jorganizza l-attivitajiet biex ifakkru dan l-avveniment, se jorganizza attivita’ għall-pubbliku, għada s-Sibt 24 ta’ Marzu, fit-8.00 p.m. fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, fi Triq Merkanti, l-Belt Valletta.
Matul din iċ-ċerimonja li l-pubbliku hu mistieden li jattendi għaliha, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo, flimkien ma’ l-Ambaxxaturi tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea residenti f’Malta u l-konsli li jirrappreżentaw lill-pajjiżi li m’għandhomx ambaxxata, se jaqsmu kejkijiet kbar biex b’mod simboliku jfakkru dan l-anniversarju.
Il-bini tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin se jkun miftuħ għall-pubbliku li jkun jista’ jieħu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni u anke jżur il-Ministeru fejn se jkun hemm ukoll grupp ta’ mużiċisti biex jallegraw lill-mistednin u lill-pubbliku.
Il-kunċert li kien ippjanat li jsir f’Bieb il-Belt għada fil-għaxija kif ukoll il-marċi fi Triq ir-Repubblika mill-Banda King’s Ownġew posposti għall-5 ta’ Mejju, Jum l-Ewropa.
Madankollu l-programm tal-Ħadd fil-għodu li jinkludi Quddiesa ta’ Ringrazzjament fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann u l-marċi mill-Banda La Vallette fi Triq ir-Repubblika se jsiru kif ippjanat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959